Text · Opinion parliamentary committee
Dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività (“FEK”), inkluż il-programm speċifiku għal attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fid-difiża, li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2021/522, (UE) 2021/694, (UE) 2021/697, (UE) 2021/783, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/696, (UE) 2023/588, (UE) [EDIP]
Full title
Dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività (“FEK”), inkluż il-programm speċifiku għal attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fid-difiża, li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2021/522, (UE) 2021/694, (UE) 2021/697, (UE) 2021/783, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/696, (UE) 2023/588, (UE) [EDIP]
Document CONT-AD-784350 · COM(2025)0555 – C100165/2025 – 2025/0555(COD)
- Kind
- Opinion parliamentary committee CONT-AD-784350
- Date
- 24 April 2026
- Committee
- Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
- Rapporteur
- Ondřej Knotek
- Dossier
- 2025-0555
More facts (3)
- Formats
- Official page PDF Word
- Subject matter
- INDU, RDT
- Reference
- COM(2025)0555 – C100165/2025 – 2025/0555(COD)
In short
A summary of the text written by AI; ¶ opens the paragraph it rests on.
AI: In short Written by AI from the official text — check the source · deepseek-flash · 25 Sept 2026
The Committee on Budgetary Control gives its opinion on the proposed regulation establishing the European Competitiveness Fund (ECF), including a defence research and innovation programme. It supports the aim of boosting Union competitiveness but raises concerns about heavy reliance on financial instruments, budgetary guarantees, financing not linked to costs, accelerated procedures, derogations from the Financial Regulation and broad Commission discretion. Its amendments strengthen transparency, accountability and sound financial management, and reinforce protection of the Union's financial interests across all implementation modes. They require conditions and annual reporting on derogations, safeguards against double funding, traceability to final beneficiaries, justification and auditability for financing not linked to costs, and conflict-of-interest rules for advisory boards. They also require balanced geographical distribution of support, targeted technical assistance for less experienced entities, and reporting on the geographical spread of ECF funding.
Position. The Committee on Budgetary Control supports the ECF's objective but proposes amendments to strengthen transparency, accountability and sound financial management, protect the Union's financial interests across all implementation modes, and ensure flexibility and speed are matched by democratic oversight.
Key points
- The amendments require that OLAF, the European Court of Auditors and the European Public Prosecutor's Office can investigate, audit and prosecute across all ECF implementation modes.
- Implementing partners, intermediaries, final recipients and, where applicable, third-country counterparts must meet equivalent obligations on access, information and cooperation.
- Derogations from the Financial Regulation must meet clear conditions, with annual reporting to Parliament and the Council on their legal basis, justification, financial impact and beneficiaries.
- The amendments require adequate geographical balance and focus technical assistance on less experienced entities, with reporting on the geographical distribution of ECF support by Member State, policy window and funding instrument.
- Safeguards against double funding are reinforced and traceability of Union funds down to final beneficiaries, including subcontractors, is enhanced.
- Simplification measures must not undermine transparency or accountability, and the single gateway's transparency function is strengthened, with public access to information in line with data protection rules.
- Financing not linked to costs requires robust justification, clear methodologies for setting and verifying milestones and targets, safeguards against overcompensation and double funding, and effective auditability.
- Advisory boards and stakeholder consultations must comply with rules on conflict of interest, transparency and integrity.
- New definitions are added for 'less experienced applicants' and 'first-time applicants', with targeted support and monitoring of their participation and success rates.
- A new article on competitiveness across Europe requires supportive measures for start-ups, first-time and less experienced applicants and applicants from less developed regions, plus a European Competitiveness Scoreboard and an ECF Dashboard.
- A Competitiveness Coordination Tool is established, with Parliament involved as observer, informed regularly and receiving analytical reports and strategic guidance.
- New articles require annual Commission reporting to Parliament and the Council on ECF implementation, and interim and ex-post evaluations.
Who is affected
- Businesses, research organisations and public entities across all Member States, who must be able to participate effectively in the programme.
- Start-ups, first-time applicants, less experienced applicants and entities in less developed and transition regions, who receive targeted support and advisory services.
- Implementing partners, financial intermediaries and final recipients, who must meet obligations on access, information, cooperation and due diligence.
- Third countries associating to ECF activities, which must grant audit and investigatory rights to OLAF, EPPO and the European Court of Auditors.
- Members of advisory boards, who must comply with conflict-of-interest, transparency and integrity rules.
Figures and deadlines
- By 31 December 2030, the Commission may take measures if funding to Transition and Widening countries remains significantly low.
- Beneficiaries must inform the granting authority of variations greater than 10% between the amount granted and the estimated expenditure.
- 30% of the budget allocated to the Project Advisory shall be used for actions targeted to start-ups, first-time and less experienced applicants.
- The Commission shall transmit an annual report on ECF implementation to Parliament and the Council by 30 June each year.
- An interim evaluation is due no later than four years after the start of programme implementation, and an ex-post evaluation no later than four years after the end of the period in Article 4(1).
- A notice on each action financed under Article 20 must be published within 60 days of signature of the legal commitment.
- Members of the ECF Strategic Stakeholders Board serve a term limited to two years, renewable twice.
Text
The text as parsed from the official Word file. Every paragraph has a link (¶) and can be saved to a project as a passage.
Ġustifikazzjoni qasira
Il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Kompetittività (FEK) tfittex li ssaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni permezz ta’ arkitettura ta’ finanzjament flessibbli li timmobilizza investiment pubbliku u privat. Filwaqt li jappoġġja dan l-objettiv, ir-rapporteur iqajjem tħassib dwar id-dipendenza estensiva fuq l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, il-proċeduri aċċellerati, id-derogi mir-Regolament Finanzjarju, u d-diskrezzjoni wiesgħa mogħtija lill-Kummissjoni fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni.
F’dan l-isfond, l-emendi għandhom l-għan li jsaħħu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-ġestjoni finanzjarja tajba, filwaqt li jirrispettaw il-ħtieġa tal-flessibbiltà u l-ħeffa inerenti għal strumenti orjentati lejn il-kompetittività.
L-emendi jqawwu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jiżguraw li l-kompetenzi ta’ investigazzjoni, ta’ awditjar u ta’ prosekuzzjoni tal-OLAF, tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew japplikaw fil-modi kollha ta’ implimentazzjoni tal-FEK. Fil-kuntest tad-dipendenza fuq operazzjonijiet ta’ taħlit u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, l-emendi jiċċaraw li s-sħab ta’ implimentazzjoni, l-intermedjarji, ir-riċevituri finali u, fejn applikabbli, il-kontropartijiet ta’ pajjiżi terzi huma soġġetti għal obbligi ekwivalenti rigward l-aċċess, l-informazzjoni u l-kooperazzjoni, u b’hekk jipprevjenu lakuni fl-obbligu ta’ rendikont u jissalvagwardjaw il-prerogattivi tal-Parlament f’termini ta’ kontroll baġitarju u ta’ kwittanza.
L-emendi jindirizzaw ukoll l-użu estensiv ta’ derogi mir-Regolament Finanzjarju. Filwaqt li tali għodod jistgħu jiġu ġġustifikati f’każijiet speċifiċi, is-sogru huwa li l-użu kumulattiv tagħhom idgħajjef it-trasparenza u l-valur għall-flus. Għalhekk, l-emendi jirrikjedu kundizzjonijiet ċari għall-użu tagħhom u jintroduċu obbligi ta’ rapportar annwali komprensivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkopru l-bażi legali, il-ġustifikazzjoni, l-impatt finanzjarju u l-benefiċjarji tagħhom, f’konformità mal-Artikoli 317 u 319 tat-TFUE.
Barra minn hekk, l-emendi jisħqu fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat bilanċ ġeografiku adegwat kif ukoll li l-assistenza teknika tiġi ffukata fuq entitajiet b’inqas esperjenza. L-obbligi ta’ rapportar qegħdin jissaħħu biex tiġi żgurata informazzjoni trasparenti u komparabbli dwar id-distribuzzjoni ġeografika tal-appoġġ tal-FEK għal kull Stat Membru, it-tieqa ta’ politika u l-istrument ta’ finanzjament, li tippermetti l-iskrutinju tal-aċċess ibbilanċjat għall-appoġġ tal-Unjoni.
Minħabba l-enfasi fuq it-taħlit, l-akkumulazzjoni u s-sinerġiji ma’ programmi oħra, l-emendi jqawwu s-salvagwardji kontra l-finanzjament doppju u jtejbu t-traċċabbiltà tal-fondi tal-Unjoni sal-benefiċjarji finali, inklużi s-sottokuntratturi. Huma jiċċaraw li l-miżuri ta’ simplifikazzjoni ma jridux jikkompromettu t-trasparenza jew l-obbligu ta’ rendikont u jsaħħu l-funzjoni tat-trasparenza tal-portal uniku, filwaqt li jiżguraw l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
Fir-rigward tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, l-emendi jirrikjedu ġustifikazzjoni robusta, metodoloġiji ċari għall-iffissar u l-verifika tal-istadji importanti u l-miri, salvagwardji kontra l-kumpens żejjed u l-finanzjament doppju, u possibbiltà effettiva ta’ awditjar, konsistenti mal-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Fl-aħħar nett, is-salvagwardji ta’ governanza qegħdin jissaħħu billi jiġi ċċarat li l-bordijiet konsultattivi u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati jridu jikkonformaw mar-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess, it-trasparenza u l-integrità.
B’mod ġenerali, l-emendi jfittxu li jiżguraw li l-flessibbiltà u l-ħeffa jkunu akkumpanjati minn trasparenza, obbligu ta’ rendikont u sorveljanza demokratika, u b’hekk jissalvagwardjaw il-baġit tal-Unjoni u jippreservaw il-prerogattivi istituzzjonali tal-Parlament Ewropew mingħajr ma jikkompromettu l-ambizzjoni tal-FEK.
Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jippreżenta lill-għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, dan li ġej:
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3) Sabiex terġa’ tikseb u ssaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tagħha, huwa essenzjali li l-Unjoni terġa’ tagħti l-ħajja liċ-ċiklu tal-innovazzjoni billi tiżviluppa l-kapaċità ta’ innovazzjoni fixkiela tagħha u tinvesti f’teknoloġiji emerġenti, avvanzati u strateġiċi b’potenzjal ekonomiku sinifikanti. Sabiex tiżgura l-awtonomija tagħha fl-ekonomija globali, l-Unjoni jenħtieġ li tiggarantixxi t-tmexxija teknoloġika u industrijali tagħha f’setturi strateġiċi, billi tibda bi ktajjen tal-provvista ta’ materja prima kritika, l-iżvilupp u l-manifattura ta’ teknoloġiji strateġiċi fl-Ewropa, kif ukoll il-mitigazzjoni tar-riskji li jaffettwaw is-sigurtà u r-reżiljenza tagħha li jirriżultaw minn dipendenzi esterni kritiċi. Dan jista’ jsir billi jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment, b’mod proporzjonat u mingħajr ma ssir evizzjoni tal-finanzjament privat, meta jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ investiment għoli għat-twettiq tal-prijoritajiet tal-Unjoni, inkluż għad-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni diġitali. Jenħtieġ li ssir aktar enfasi fuq l-ingranaġġ tal-parteċipazzjoni tas-settur privat billi jittejjeb l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tar-riskju bejn il-fondi tal-Unjoni u l-investituri privati, sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-finanzjament pubbliku. Dan se jibni fuq il-progress miksub fir-rigward tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti u jamplifika l-impatt tiegħu, li se jipprovdi x-xenarju regolatorju meħtieġ biex l-investimenti privati jirnexxu. L-użu ta’ kwalunkwe riżorsa nazzjonali addizzjonali huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE. | (3) Sabiex terġa’ tikseb u ssaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tagħha, huwa essenzjali li l-Unjoni terġa’ tagħti l-ħajja liċ-ċiklu tal-innovazzjoni billi tiżviluppa l-kapaċità ta’ innovazzjoni rivoluzzjonarja tagħha u taċċellera l-investiment f’teknoloġiji emerġenti, avvanzati u strateġiċi b’potenzjal ekonomiku sinifikanti. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Unjoni billi jimmobilizza l-kapaċitajiet industrijali, teknoloġiċi u ta’ innovazzjoni preżenti madwar l-Istati Membri kollha. Sabiex tiżgura l-awtonomija tagħha fl-ekonomija globali, l-Unjoni jenħtieġ li tiggarantixxi u tespandi t-tmexxija teknoloġika u industrijali tagħha f’setturi strateġiċi, billi tibda bi ktajjen tal-provvista ta’ materja prima kritika, l-iżvilupp u l-manifattura ta’ teknoloġiji strateġiċi fl-Ewropa, kif ukoll il-mitigazzjoni tar-riskji li jaffettwaw is-sigurtà u r-reżiljenza tagħha li jirriżultaw minn dipendenzi esterni kritiċi. Dan jista’ jsir billi jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment, b’mod proporzjonat u mingħajr ma ssir evizzjoni tal-finanzjament privat, u billi jiġi mobilizzat il-kapital fit-tul biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ investiment sostanzjali marbuta mal-prijoritajiet tal-Unjoni, inkluż għad-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni diġitali. Il-finanzjament tal-Unjoni fl-ambitu tal-FEK jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, li jippermetti lis-suq jiddetermina l-aktar perkorsi kosteffettivi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika. Il-kriterji ta’ finanzjament għandhom ikunu bbażati fuq eżiti li jistgħu jitkejlu aktar milli fuq preferenzi teknoloġiċi preskrittivi. Jenħtieġ li ssir aktar enfasi fuq l-ingranaġġ tal-parteċipazzjoni tas-settur privat billi jittejjeb l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tar-riskju bejn il-fondi tal-Unjoni u l-investituri privati, sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-finanzjament pubbliku mingħajr preġudizzju għat-trasparenza u għat-traċabbiltà tal-fondi tal-Unjoni. Dan se jibni fuq il-progress miksub fir-rigward tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti u jamplifika l-impatt tiegħu, li se jipprovdi x-xenarju regolatorju meħtieġ biex l-investimenti privati jirnexxu. L-użu ta’ kwalunkwe riżorsa nazzjonali addizzjonali huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4) Dan jeħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni joffri appoġġ lin-negozji u lill-proġetti matul il-perkors kollu tal-investiment. Dan il-vjaġġ jinkludi l-istadji kollha tal-iżvilupp u l-manifattura ta’ teknoloġiji, prodotti u servizzi strateġiċi fl-Ewropa, mir-riċerka applikata, permezz tal-forom kollha ta’ innovazzjoni, l-espansjoni, l-implimentazzjoni industrijali, sal-manifattura u l-użu fis-suq, inklużi l-appoġġ għall-investiment u l-kostijiet operazzjonali, l-infrastruttura u l-ħiliet. Il-perkors tal-investiment ma huwiex lineari peress li l-istadji kollha jibnu fuq xulxin, u l-ideat għal prodotti jew servizzi ġodda jistgħu jinħolqu fi kwalunkwe stadju. Il-finanzjament Ewropew jeħtieġ li jindirizza din ir-realtà mhux lineari bil-flessibbiltà akbar għall-għoti tal-appoġġ filwaqt li tinżamm il-prevedibbiltà għall-finanzjament. | (4) Dan jeħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni joffri appoġġ lin-negozji u lill-proġetti matul il-perkors kollu tal-investiment. Dan il-vjaġġ jinkludi l-istadji kollha tal-iżvilupp u l-manifattura ta’ teknoloġiji, prodotti u servizzi strateġiċi fl-Ewropa, mir-riċerka applikata, permezz tal-forom kollha ta’ innovazzjoni, l-espansjoni, l-implimentazzjoni industrijali, sal-manifattura u l-użu fis-suq, inklużi l-appoġġ għall-investiment u l-kostijiet operazzjonali, l-infrastruttura u l-ħiliet. Il-perkors tal-investiment ma huwiex lineari peress li l-istadji kollha jibnu fuq xulxin, u l-ideat għal prodotti jew servizzi ġodda jistgħu jinħolqu fi kwalunkwe stadju. Il-finanzjament Ewropew jeħtieġ li jindirizza din ir-realtà mhux lineari bil-flessibbiltà akbar għall-għoti tal-appoġġ filwaqt li tinżamm il-prevedibbiltà għall-finanzjament, mingħajr ma jimmina t-trasparenza, it-traċċabbiltà tal-fondi u l-obbligu ta’ rendikont għall-infiq tal-Unjoni. Fl-istess ħin il-kostijiet tas-self joħolqu riskju għall-baġits futuri u jnaqqas l-ispazju fiskali għal prijoritajiet ġodda; Din il-pressjoni fiskali bla preċedent tirrikjedi li l-FEK juri dixxiplina stretta fin-nefqa u li jipprijoritizza l-infiq bl-ogħla valur miżjud tal-UE li jista’ jintwera. Il-kostijiet ġenerali amministrattivi, inklużi l-kostijiet tas-sħab ta’ implimentazzjoni u tal-aġenziji eżekuttivi, jenħtieġ li ma jikbrux b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-baġit operattiv tal-Fond. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5) Dan jeħtieġ ukoll li l-finanzjament tal-Unjoni jiffaċilita l-ħolqien u l-espansjoni ta’ ekosistemi innovattivi u industrijali, fejn atturi differenti jinteraġixxu b’mod sinerġetiku. L-ekosistemi ta’ suċċess ikollhom interazzjonijiet intensivi u aġli u kollaborazzjoni bejn il-kumpaniji żgħar u kbar, l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, il-fornituri tal-infrastruttura, l-investituri kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi. Mingħajr tali kollaborazzjonijiet f’ekosistemi tal-innovazzjoni u dawk industrijali individwali u bejniethom, il-potenzjal tal-innovazzjoni jibqa’ mhux sfruttat. | (5) Dan jeħtieġ ukoll li l-finanzjament tal-Unjoni jiffaċilita l-ħolqien u l-espansjoni ta’ ekosistemi innovattivi u industrijali, fejn atturi differenti jinteraġixxu b’mod sinerġetiku. L-ekosistemi ta’ suċċess ikollhom interazzjonijiet intensivi u aġli u kollaborazzjoni bejn il-kumpaniji żgħar u kbar, l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, il-fornituri tal-infrastruttura, l-investituri kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi. Mingħajr tali kollaborazzjonijiet f’ekosistemi tal-innovazzjoni u dawk industrijali individwali u bejniethom, il-potenzjal tal-innovazzjoni jibqa’ mhux sfruttat. L-għan ta’ dawn is-sinerġiji għandu jkun li jintlaħqu l-għanijiet ekonomiċi l-aktar importanti tal-UE u li jintwera l-valur miżjud tal-UE. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8) Fl-UE, għadhom jeżistu disparitajiet persistenti fil-kompetittività u fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni fir-reġjuni kollha. Wara sforzi sostnuti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali biex titneħħa d-diskrepanza fl-innovazzjoni, wasal iż-żmien li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta’ kull reġjun. Billi tiżgura li r-reġjuni inqas żviluppati jkunu konnessi b’mod effettiv mal-ktajjen tal-valur tal-UE, l-Unjoni kollha kemm hi se tkun f’pożizzjoni aħjar biex tikkompeti globalment. | (8) Fl-UE, għadhom jeżistu disparitajiet persistenti fil-kompetittività u fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni fir-reġjuni kollha. Wara sforzi sostnuti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali biex titneħħa d-diskrepanza fl-innovazzjoni, wasal iż-żmien li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta’ kull reġjun. Billi tiżgura li r-reġjuni inqas żviluppati jkunu konnessi b’mod effettiv mal-ktajjen tal-valur tal-UE, l-Unjoni kollha kemm hi se tkun f’pożizzjoni aħjar biex tikkompeti globalment. Biex jinkiseb dan, huwa meħtieġ li tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni tal-entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri kollha, inklużi dawk b’sistemi ta’ innovazzjoni inqas żviluppati, u li tiġi żgurata distribuzzjoni bbilanċjata tal-opportunitajiet madwar l-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ sensibilizzazzjoni mmirata, servizzi ta’ konsulenza u assistenza teknika għall-entitajiet li jiffaċċjaw ostakli strutturali biex jaċċessaw finanzjament kompetittiv tal-Unjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-eċċellenza, tal-kapaċità ta’ assorbiment u tal-ġestjoni finanzjarja tajba. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9) Ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej jirrappreżentaw assi uniċi u strateġiċi li huma ta’ benefiċċju għall-Unjoni kollha kemm hi – inklużi l-prossimità għal pajjiżi terzi, kundizzjonijiet eċċezzjonali għar-riċerka dwar l-ispazju u l-astrofiżika, potenzjal abbundanti ta’ enerġija rinnovabbli, bijodiversità rikka, u żoni marittimi estensivi. Il-FEK jenħtieġ li jingrana l-potenzjal tagħhom bħala insedjamenti ġeostrateġiċi, b’mod partikolari b’appoġġ għall-objettivi tal-Unjoni dwar is-sigurtà, il-preparatezza, il-ktajjen tal-valur reġjonali, u l-kompetittività. | (9) Ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej jirrappreżentaw assi uniċi u strateġiċi li huma ta’ benefiċċju għall-Unjoni kollha kemm hi – inklużi l-prossimità għal pajjiżi terzi, kundizzjonijiet eċċezzjonali għar-riċerka dwar l-ispazju u l-astrofiżika, potenzjal abbundanti ta’ enerġija rinnovabbli, bijodiversità rikka, u żoni marittimi estensivi. Il-FEK jenħtieġ li jingrana l-potenzjal tagħhom bħala insedjamenti ġeostrateġiċi, b’mod partikolari b’appoġġ għall-objettivi tal-Unjoni dwar is-sigurtà, inkluż fl-oqsma tal-enerġija u tal-ekonomija, il-preparatezza, il-ktajjen tal-valur reġjonali u l-kompetittività. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-UE tiżgura li l-proġetti ffinanzjati pubblikament jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali, u f’konformità mal-istandards tat-trasparenza. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura koordinazzjoni u sinerġiji mill-qrib bejn is-sorsi ta’ finanzjament kollha tal-Unjoni fil-QFP. Għal dan l-għan, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni se jkun marbut mill-qrib mal-FEK: biex jiġi żgurat li l-industrija Ewropea tingrana r-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-Unjoni biex tkompli twettaq l-innovazzjoni u tipproduċi fl-Ewropa. Sabiex jitrawmu s-sinerġiji, il-programmi ta’ ħidma adottati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintegraw f’parti speċifika u ddedikata u jiżguraw koerenza mal-komponent “Kompetittività”, il-Parti II “Kompetittività u Soċjetà” tar-Regolament (UE) [XXX]10 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Il-programm qafas ta’ Orizzont Ewropa għar-Riċerka u l-Innovazzjoni]11 u f’konformità mal-proċedura tal-kumitat stabbilita f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-FEK għandha tiżgura koerenza mat-tipi ta’ azzjonijiet ippjanati li għandhom jiġu implimentati taħt il-Fond għall-Innovazzjoni, b’mod partikolari meta jiġu żviluppati programmi ta’ ħidma. | (10) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura koordinazzjoni u sinerġiji mill-qrib bejn is-sorsi ta’ finanzjament kollha tal-Unjoni fil-QFP. Għal dan l-għan, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni se jkun marbut mill-qrib mal-FEK: biex jiġi żgurat li l-industrija Ewropea tingrana r-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-Unjoni biex tkompli twettaq l-innovazzjoni u tipproduċi fl-Ewropa. Sabiex jitrawmu s-sinerġiji, il-programmi ta’ ħidma adottati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintegraw f’parti speċifika u ddedikata u jiżguraw koerenza mal-komponent “Kompetittività”, il-Parti II “Kompetittività u Soċjetà” tar-Regolament (UE) [XXX]10 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Il-programm qafas ta’ Orizzont Ewropa għar-Riċerka u l-Innovazzjoni]11 u f’konformità mal-proċedura tal-kumitat stabbilita f’dan ir-Regolament. Tali koordinazzjoni jenħtieġ li tinkludi salvagwardji effettivi biex jiġi prevenut il-finanzjament doppju u biex jiġi żgurat rekord tal-awditjar ċar fil-programmi kollha tal-Unjoni, inkluż fejn l-azzjonijiet jirċievu appoġġ kumulattiv mill-FEK u mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Barra minn hekk, il-FEK għandha tiżgura koerenza mat-tipi ta’ azzjonijiet ippjanati li għandhom jiġu implimentati taħt il-Fond għall-Innovazzjoni, b’mod partikolari meta jiġu żviluppati programmi ta’ ħidma. |
| __________________ | __________________ |
| 10 ĠU L.., p | 10 ĠU L.., p |
| 11 COM(2025) 543 | 11 COM(2025) 543 |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12) Barra minn hekk, biex tiġi prevista rabta b’saħħitha mal-Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività, il-programm ta’ ħidma tal-FEK għandu jiżgura koerenza mal-proġetti magħżula u mal-prijoritajiet ta’ kompetittività identifikati taħt l-Għodda. | (12) Barra minn hekk, biex tiġi prevista rabta b’saħħitha mal-Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività, il-programm ta’ ħidma tal-FEK għandu jiżgura koerenza mal-proġetti magħżula u mal-prijoritajiet ta’ kompetittività identifikati taħt l-Għodda, wara metodoloġija tal-għażla trasparenti u bbażata fuq l-evidenza. Tali koerenza jenħtieġ li tiġi ddokumentata fil-programmi ta’ ħidma u tkun soġġetta għal rappurtar trasparenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13) Il-kooperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-kompetittività Ewropea u l-ingranaġġ tal-investimenti privati huwa meħtieġ biex jitwettqu l-objettivi tal-FEK. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu implimentati partijiet mill-baġit tal-FEK permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati flimkien ma’ entitajiet pubbliċi u privati oħra, meta din hija l-aktar formola ta’ implimentazzjoni effettiva biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika stabbiliti għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, filwaqt li tiġi żgurata l-addizzjonalità u tiġi evitata l-evizzjoni tal-investimenti privati. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti sħubijiet pubbliċi-privati fil-forma ta’ Impriżi Konġunti meta jkun meħtieġ involviment mill-qrib tal-Unjoni u jenħtieġ li jiġu żgurati drittijiet tal-vot xierqa għall-Unjoni kif ukoll koinvestiment suffiċjenti minn sħab oħra biex jiġi ingranat l-appoġġ tal-Unjoni. Fid-dawl tat-trawwim ta’ sinerġiji u effiċjenzi, huwa meħtieġ, abbażi tal-ħtiġijiet ivvalutati, li jiġu żgurati funzjonijiet ċentralizzati ta’ stabbiliment u amministrattivi għall-impriżi konġunti. Għalhekk, l-għadd ta’ impriżi konġunti jenħtieġ li jkun limitat kemm jista’ jkun. | (13) Il-kooperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-kompetittività Ewropea u l-ingranaġġ tal-investimenti privati huwa meħtieġ biex jitwettqu l-objettivi tal-FEK. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu implimentati partijiet mill-baġit tal-FEK permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati flimkien ma’ entitajiet pubbliċi u privati oħra, meta din hija l-aktar formola ta’ implimentazzjoni effettiva biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika stabbiliti għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, filwaqt li tiġi żgurata l-addizzjonalità u tiġi evitata l-evizzjoni tal-investimenti privati. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti sħubijiet pubbliċi-privati fil-forma ta’ Impriżi Konġunti meta jkun meħtieġ involviment mill-qrib tal-Unjoni u jenħtieġ li jiġu żgurati drittijiet tal-vot xierqa għall-Unjoni kif ukoll koinvestiment suffiċjenti minn sħab oħra biex jiġi ingranat l-appoġġ tal-Unjoni. Fid-dawl tat-trawwim ta’ sinerġiji u effiċjenzi, huwa meħtieġ, abbażi tal-ħtiġijiet ivvalutati, li jiġu żgurati funzjonijiet ċentralizzati ta’ stabbiliment u amministrattivi għall-impriżi konġunti. Għalhekk, l-għadd ta’ impriżi konġunti jenħtieġ li jkun limitat kemm jista’ jkun. Wieħed mill-għanijiet ta’ dawn is-sħubijiet jenħtieġ li jkun li jindirizzaw l-isfidi li l-Unjoni qed tiffaċċja u li jiksbu riżultati li jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14) Il-FEK jenħtieġ li juża s-sett ta’ għodod kollu tal-baġit tal-Unjoni biex jisfrutta investimenti pubbliċi u privati addizzjonali, b’mod partikolari minn investituri istituzzjonali matul il-perkors kollu tal-investiment. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ “kultura ta’ investiment” billi jingrana aħjar il-fondi pubbliċi u jneħħi r-riskju għall-potenzjal tal-baġit tal-Unjoni. Dan se jimmassimizza l-valur miżjud tal-azzjoni tal-Unjoni u jattira l-kapital privat biex jiżgura bażi kompetittiva ta’ innovazzjoni u industrijali, ukoll billi juża strumenti ta’ finanzjament innovattivi inkluż il-koinvestiment pubbliku-privat b’redditi ta’ riskju asimetriċi. F’dan ir-rigward, l-użu ta’ strumenti finanzjarji li jattiraw investituri privati jenħtieġ li jkun l-għażla privileġġata kull meta dan ikun possibbli. | (14) Il-FEK jenħtieġ li juża s-sett ta’ għodod kollu tal-baġit tal-Unjoni biex jisfrutta investimenti pubbliċi u privati addizzjonali, b’mod partikolari minn investituri istituzzjonali matul il-perkors kollu tal-investiment. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ “kultura ta’ investiment” billi jingrana aħjar il-fondi pubbliċi u jneħħi r-riskju għall-potenzjal tal-baġit tal-Unjoni. Dan se jimmassimizza l-valur miżjud tal-azzjoni tal-Unjoni u jattira l-kapital privat biex jiżgura bażi kompetittiva u moderna ta’ innovazzjoni u industrijali, inkluż permezz tal-użu ta’ strumenti ta’ finanzjament innovattivi bħall-koinvestiment pubbliku-privat bi profili tar-riskju/redditu asimetriċi, filwaqt li jiżgura t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u s-sorveljanza baġitarja effettiva tal-użu tal-fondi tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-użu ta’ strumenti finanzjarji li jattiraw investituri privati jenħtieġ li jkun l-għażla privileġġata kull meta dan ikun possibbli. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-impatt ta’ tali strumenti, inkluż permezz ta’ valutazzjonijiet tal-evizzjoni potenzjali tal-investiment privat għall-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji tal-FEK u tirrapporta dwar ir-riżultati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15) Ir-rapport Draghi jappella għal iżjed appoġġ għall-investiment biex jonqos id-distakk fl-investiment, u jagħraf li InvestEU hu l-istrument ewlieni għall-kondiviżjoni tar-riskji li għandu jintuża. L-Istrument InvestEU tal-FEK jenħtieġ li jistabbilixxi garanzija baġitarja unika u jipprovdi strumenti finanzjarji biex jappoġġa l-kompetittività tal-UE. | (15) Ir-rapport Draghi jappella għal iżjed appoġġ għall-investiment biex jonqos id-distakk fl-investiment, u jagħraf li InvestEU hu l-istrument ewlieni għall-kondiviżjoni tar-riskji li għandu jintuża. L-istrument InvestEU tal-FEK jenħtieġ li jistabbilixxi garanzija baġitarja unika u jwassal strumenti finanzjarji biex jappoġġa l-kompetittività tal-UE, dment li l-investimenti li tneħħielhom ir-riskju bl-appoġġ tal-Unjoni jkunu soġġetti għal sorveljanza baġitarja sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tal-Unjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (17) Il-FEK jenħtieġ li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament mill-programmi tal-Unjoni permezz ta’ proċeduri ffukati fuq l-utent, rapidi, sempliċi u armonizzati u jenħtieġ li jtejjeb il-koerenza fost l-istrumenti tal-Unjoni u mal-investimenti tal-Istati Membri. Il-FEK jenħtieġ li jqiegħed lill-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni, u b’mod partikolari lill-industrija, lill-SMEs, lis-start-ups u l-iscale-ups, inklużi dawk stabbiliti taħt it-28 reġim li ġej, fiċ-ċentru tat-tfassil tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni. | (17) Il-FEK jenħtieġ li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament mill-programmi tal-Unjoni permezz ta’ proċeduri ffukati fuq l-utent, razzjonalizzati, sempliċi u armonizzati u jenħtieġ li jtejjeb il-koerenza fost l-istrumenti tal-Unjoni u mal-investimenti tal-Istati Membri, filwaqt li jiżgura li n-negozji, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-entitajiet pubbliċi madwar l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod effettiv fil-Programm. Il-FEK jenħtieġ li jqiegħed lill-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni, u b’mod partikolari lill-industrija, lill-SMEs, lis-start-ups u l-iscale-ups, inklużi dawk stabbiliti taħt it-28 reġim li ġej, fiċ-ċentru tat-tfassil tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni. Jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u taż-żmien għall-għotja, jissimplifika d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ applikazzjoni u jipprovdi kriterji ta’ eliġibbiltà ċari u prevedibbli fil-programmi kollha, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont pubbliku. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li tkun soġġetta wkoll għal mekkaniżmi indipendenti xierqa ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jiġi vvalutat l-impatt tiegħu fuq l-objettivi tar-riċerka u tal-innovazzjoni. Dawn l-evalwazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu indikaturi ċari tal-prestazzjoni, awditi finanzjarji u konsultazzjonijiet pubbliċi. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (17a) Sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċji ta’ kompetittività akbar jiġu kondiviżi madwar l-Unjoni, il-FEK jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali u għat-trawwim tal-konverġenza bejn ir-reġjuni inqas żviluppati, ir-reġjuni li jinsabu fi tranżizzjoni u dawk aktar żviluppati. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jindirizza l-innovazzjoni persistenti u d-distakki diġitali u jiżgura t-tixrid effettiv tal-innovazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati fir-reġjuni kollha tal-Unjoni. Għal dak l-għan, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi assistenza teknika mmirata u miżuri ta’ appoġġ xierqa, filwaqt li jiżgura monitoraġġ trasparenti tad-distribuzzjoni ġeografika tal-finanzjament tal-Unjoni u rapportar xieraq dwar il-parteċipazzjoni reġjonali. Tali monitoraġġ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni tal-appoġġ u jgħin fil-prevenzjoni ta’ konċentrazzjoni settorjali jew ġeografika eċċessiva, filwaqt li jiffaċilita l-aċċess effettiv għall-finanzjament tal-FEK għal firxa wiesgħa ta’ benefiċjarji madwar l-Unjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (17b) Dan ir-Regolament jistabbilixxi kategoriji ġodda ta’ applikanti għall-ewwel darba u applikanti b’inqas esperjenza, li jenħtieġ li jirċievu attenzjoni partikolari u appoġġ immirat, peress li tali entitajiet spiss jiffaċċjaw diffikultajiet biex jikkompetu b’suċċess għall-finanzjament taħt programmi tal-Unjoni ġestiti ċentralment. Id-disparitajiet persistenti fir-rati ta’ parteċipazzjoni u ta’ suċċess jikkontribwixxu għal diskrepanzi fil-kompetittività u fir-riċerka f’ħafna reġjuni u Stati Membri madwar l-Unjoni. Għalhekk, l-implimentazzjoni tal-FEK jenħtieġ li tiżgura monitoraġġ trasparenti tar-rati tal-parteċipazzjoni u tas-suċċess madwar l-Istati Membri u r-reġjuni, bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ostakli strutturali għall-aċċess u jiġi żgurat li l-finanzjament tal-Unjoni jagħti valur miżjud tal-Unjoni ċar u jiġi distribwit b’mod ibbilanċjat u effettiv. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (24) Il-proġetti u l-attivitajiet taħt it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa u d-Dekarbonizzazzjoni Industrijali għandhom jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija, l-enerġija rinnovabbli integrata, l-enerġiji ġodda, ir-rinnovazzjonijiet enerġetiċi, u s-soluzzjonijiet innovattivi tat-tisħin u t-tkessiħ. | (24) Il-proġetti u l-attivitajiet fit-tieqa tat-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa u Dekarbonizzazzjoni Industrijali jenħtieġ li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija, l-enerġija rinnovabbli integrata, l-enerġiji ġodda, ir-rinnovazzjonijiet enerġetiċi, u s-soluzzjonijiet innovattivi tat-tisħin u t-tkessiħ li huma aċċessibbli għal kulħadd, b’mod partikolari għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju u għall-SMEs, li huma affettwati l-aktar miż-żieda massiva fil-kostijiet tal-enerġija tas-snin reċenti. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (28) Filwaqt li t-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa qed taċċellera, id-diversi dipendenzi kritiċi fuq fornituri mhux tal-Unjoni (minn materja prima, semikondutturi avvanzati, u ċipep tal-IA sa sistemi, infrastrutturi u servizzi) jeħtieġu alternattivi Ewropej li jankraw it-trasformazzjoni diġitali fl-ekonomija tal-Ewropa, bil-valuri kondiviżi tagħna bħala d-differenzjatur essenzjali, inkluż bl-ingranaġġ tas-setgħa ta’ teknoloġiji b’sors miftuħ. L-appoġġ għat-tmexxija diġitali huwa xprunat minn inizjattivi ta’ politika regolatorji u mhux regolatorji tal-Unjoni fil-qasam diġitali bħall-Att dwar l-IA, il-Kontinent tal-IA u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-IA, l-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA, l-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA, l-Istrateġija għal Unjoni Ewropea tad-Data, l-Att dwar in-Networks Diġitali, l-Istrateġija Kwantistika tal-UE u l-Att Kwantistiku, l-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà, l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika u l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, il-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030, u r-reviżjoni tal-Att tal-UE dwar iċ-Ċipep, u minn inizjattivi ta’ politika futuri. L-oqsma diġitali li fihom għandu jsir investiment jinkludu għadd ta’ teknoloġiji avvanzati kritiċi bħall-Intelliġenza Artifiċjali (IA) u t-tewmin diġitali li jaħdmu bl-IA, ir-robotika, is-semikondutturi, it-teknoloġiji awtonomi jew dawk kwantistiċi. Dawn jinkludu wkoll infrastrutturi ewlenin bħall-identità diġitali, il-cloud, il-computing ta’ prestazzjoni għolja u l-computing kwantistiku, il-komunikazzjoni, l-infrastruttura avvanzata ta’ osservazzjoni taħt l-ilma, u l-infrastrutturi ta’ rilevament, in-networks ta’ konnettività diġitali, inklużi l-kejbils sottomarini, kif ukoll il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà, tad-difiża jew tal-ispazju. It-trawwim tal-adozzjoni tagħhom fis-setturi privati u pubbliċi jagħmel l-ekonomija tagħna kollha aktar kompetittiva, sigura, sovrana, u sostenibbli, filwaqt li jsaħħaħ ir-reżiljenza u l-preparatezza tas-soċjetà. Barra minn hekk, it-teknoloġiji diġitali interoperabbli qed jixprunaw il-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku, filwaqt li jservu għall-integrazzjoni tas-suq uniku, li huwa l-aktar pass importanti għalina biex l-istart-ups diġitali Ewropej isiru kompetittivi globalment. Il-progress teknoloġiku u l-innovazzjoni f’kull settur ekonomiku, u b’hekk il-produttività u l-kompetittività tagħhom, huma essenzjalment xprunati mill-integrazzjoni ta’ żviluppi diġitali speċifiċi għas-settur u l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali li jenħtieġ li jiġu appoġġati fil-FEK kollu. | (28) Filwaqt li t-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa qed taċċellera, id-diversi dipendenzi kritiċi fuq fornituri mhux tal-Unjoni (minn materja prima, semikondutturi avvanzati, u ċipep tal-IA sa sistemi, infrastrutturi u servizzi) jeħtieġu alternattivi Ewropej li jankraw it-trasformazzjoni diġitali fl-ekonomija tal-Ewropa, bil-valuri kondiviżi tagħna bħala d-differenzjatur essenzjali, inkluż bl-ingranaġġ tas-setgħa ta’ teknoloġiji b’sors miftuħ. L-appoġġ għat-tmexxija diġitali huwa xprunat minn inizjattivi ta’ politika regolatorji u mhux regolatorji tal-Unjoni fil-qasam diġitali bħall-Att dwar l-IA, il-Kontinent tal-IA u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-IA, l-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA, l-Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA, l-Istrateġija għal Unjoni Ewropea tad-Data, l-Att dwar in-Networks Diġitali, l-Istrateġija Kwantistika tal-UE u l-Att Kwantistiku, l-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà, l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika u l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, il-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030, u r-reviżjoni tal-Att tal-UE dwar iċ-Ċipep, u minn inizjattivi ta’ politika futuri. L-oqsma diġitali li fihom għandu jsir investiment jinkludu għadd ta’ teknoloġiji avvanzati kritiċi bħall-Intelliġenza Artifiċjali (IA) u t-tewmin diġitali li jaħdmu bl-IA, ir-robotika, is-semikondutturi, u t-teknoloġiji kwantistiċi. Dawn jinkludu wkoll infrastrutturi ewlenin bħall-identità diġitali, il-cloud, il-computing ta’ prestazzjoni għolja u l-computing kwantistiku, il-komunikazzjoni, l-infrastruttura avvanzata ta’ osservazzjoni taħt l-ilma, u l-infrastrutturi ta’ rilevament, in-networks ta’ konnettività diġitali, inklużi l-kejbils sottomarini, kif ukoll il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà, tad-difiża jew tal-ispazju. It-trawwim tal-adozzjoni tagħhom fis-setturi privati u pubbliċi jagħmel l-ekonomija tagħna kollha aktar kompetittiva, sigura, sovrana, u sostenibbli, filwaqt li jsaħħaħ ir-reżiljenza u l-preparatezza tas-soċjetà. Barra minn hekk, it-teknoloġiji diġitali interoperabbli qed jixprunaw il-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku, filwaqt li jservu għall-integrazzjoni tas-suq uniku, li huwa l-aktar pass importanti għalina biex l-istart-ups diġitali Ewropej isiru kompetittivi globalment. Il-progress teknoloġiku u l-innovazzjoni f’kull settur ekonomiku, u b’hekk il-produttività u l-kompetittività tagħhom, huma essenzjalment xprunati mill-integrazzjoni ta’ żviluppi diġitali speċifiċi għas-settur u l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali li jenħtieġ li jiġu appoġġati fil-FEK kollu. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (43) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għal dan l-att bażiku. Jistabbilixxi r-regoli dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, id-donazzjonijiet mhux finanzjarji, l-akkwist, il-ġestjoni indiretta, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji. F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9518, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9619 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193920, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF, European Anti-Fraud Office) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu l-kompetenza li jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.21 F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, kif xieraq, lill-UPPE u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. | (43) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għal dan l-att bażiku. Jistabbilixxi r-regoli dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, id-donazzjonijiet mhux finanzjarji, l-akkwist, il-ġestjoni indiretta, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji. F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF, European Anti-Fraud Office) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu l-kompetenza li jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi kwalunkwe tip ta’ finanzjament tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji jew operazzjonijiet ta’ taħlit, trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, kif xieraq, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti, inkluż fejn l-attivitajiet jinvolvu pajjiżi mhux tal-UE, sabiex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont sħiħ irrispettivament mill-post ġeografiku tan-nefqa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura kooperazzjoni effettiva mal-OLAF u mal-UPPE, inkluż ir-rapportar f’waqtu tal-każijiet suspettati ta’ frodi jew irregolaritajiet serji, u tippromwovi r-rapportar elettroniku xieraq tal-informazzjoni finanzjarja biex tiffaċilita s-sorveljanza effettiva u t-trasparenza pubblika. |
| __________________ | __________________ |
| 17 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj). | 17 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj). |
| 18 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2988/oj). | 18 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2988/oj). |
| 19 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj). | 19 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj). |
| 20 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj). | 20 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj). |
| 21 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj). | 21 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj). |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (43a) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-implimentazzjoni tal-FEK titwettaq b’rispett sħiħ tal-valuri tal-UE, u li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji effettivi biex jiġu prevenuti l-kunflitti ta’ interess u l-influwenza indebita li jistgħu jimminaw il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Il-FEK jenħtieġ li jiġi implimentat b’rispett sħiħ tal-qafas tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-baġit, inkluż ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-qafas tal-kontroll jippermetti t-traċċabbiltà sħiħa tal-operazzjonijiet u tar-riċevituri u jiżgura li d-data meħtieġa għall-kontrolli, l-awditi u l-investigazzjonijiet tkun kompluta, affidabbli u magħmula disponibbli permezz tal-ispazju uniku għall-iskambju elettroniku ta’ data u l-gateway unika msemmija fl-Artikolu 31 dwar l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fl-użu tal-fondi tal-Unjoni, ir-riċevitur finali tal-appoġġ taħt il-FEK jenħtieġ li jinftiehem bħala kwalunkwe entità li effettivament tirċievi l-finanzjament tal-Unjoni. Fejn jiġu implimentati l-għotjiet permezz ta’ finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet jew ma’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, il-programm ta’ ħidma jew id-dokumentazzjoni tal-għoti jenħtieġ li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-pagamenti parzjali, għat-tnaqqis, għas-sospensjonijiet u għall-irkupri fejn il-kundizzjonijiet għall-pagament ma jiġux issodisfati, inklużi l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-proporzjonalità u t-trattament tal-kisba parzjali, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (43b) Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni u aċċellerazzjoni previsti minn dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta’ forom simplifikati ta’ finanzjament u l-possibbiltà li jiġu applikati azzjonijiet aċċellerati u mmirati għall-kompetittività, jenħtieġ li ma jnaqqsux it-trasparenza u t-trattament ugwali jew jipperikolaw il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju dokumentata u jkunu akkumpanjati minn salvagwardji proporzjonati, inklużi arranġamenti xierqa ta’ awditjar u ta’ kontroll u informazzjoni affidabbli dwar il-prestazzjoni. Minħabba li l-FEK jiġbor flimkien riżorsi minn diversi programmi tal-Unjoni u jippermetti r-riallokazzjoni tar-riżorsi bejn objettivi differenti b’rispons għall-ħtiġijiet emerġenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura livell għoli ta’ trasparenza fir-rigward tal-allokazzjoni u l-użu tal-fondi. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu żgurati r-rapportar imsaħħaħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-aċċess pubbliku xieraq għall-informazzjoni dwar l-infiq u r-riallokazzjonijiet, sabiex ikun jista’ jkun hemm skrutinju demokratiku u obbligu ta’ rendikont effettivi. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (45) Sabiex tiġi promossa r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi, il-FEK jenħtieġ li jippermetti l-preferenza tal-Unjoni ta’ appoġġ għall-manifattura u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u setturi strateġiċi li jinsabu fl-Unjoni, b’mod partikolari għal azzjonijiet relatati mal-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà tal-Unjoni. Huwa essenzjali li l-finanzjament Ewropew jikkontribwixxi għall-użu ta’ teknoloġiji strateġiċi żviluppati fl-Unjoni u ffinanzjati permezz ta’ finanzjament Ewropew. Sabiex jappoġġa l-iżvilupp u l-manifattura fl-Unjoni ta’ teknoloġiji strateġiċi ffinanzjati mill-Unjoni, il-FEK jenħtieġ li jippermetti li l-appoġġ tiegħu jiġi kkundizzjonat permezz ta’ restrizzjonijiet fuq il-kontroll, restrizzjonijiet fuq it-trasferimenti tal-assi u restrizzjonijiet fuq il-provvista għall-użu ta’ prodotti u teknoloġiji speċifiċi. | (45) Sabiex tiġi promossa r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi, il-FEK jenħtieġ li jippermetti l-preferenza tal-Unjoni ta’ appoġġ għall-manifattura u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u setturi strateġiċi li jinsabu fl-Unjoni, b’mod partikolari għal azzjonijiet relatati mal-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà tal-Unjoni. Huwa essenzjali li l-finanzjament Ewropew jikkontribwixxi għall-użu ta’ teknoloġiji strateġiċi żviluppati fl-Unjoni u ffinanzjati permezz ta’ finanzjament Ewropew. Sabiex jappoġġa l-iżvilupp u l-manifattura fl-Unjoni ta’ teknoloġiji strateġiċi ffinanzjati mill-Unjoni, il-FEK jenħtieġ li jippermetti li l-appoġġ tiegħu jiġi kkundizzjonat permezz ta’ restrizzjonijiet fuq il-kontroll, restrizzjonijiet fuq it-trasferimenti tal-assi u restrizzjonijiet fuq il-provvista għall-użu ta’ prodotti u teknoloġiji speċifiċi. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati linji gwida ċari u trasparenti li jispjegaw il-proċeduri skont liema jistgħu jiġu applikati tali restrizzjonijiet. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (46) L-attivitajiet tal-FEK jenħtieġ li jkunu miftuħa għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fejn dan ikun fl-interess tal-Unjoni. Għal dak l-għan, l-Unjoni tista’ tassoċja, bis-sħiħ jew parzjalment, pajjiżi terzi mal-attivitajiet taħt il-FEK. Jenħtieġ li l-Assoċjazzjoni tkun soġġetta għal bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiżi terzi u tiżgura l-protezzjoni tal-interess finanzjarju u, fejn rilevanti, tas-sigurtà tal-Unjoni. | (46) L-attivitajiet tal-FEK jenħtieġ li jkunu miftuħa għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fejn dan ikun fl-interess tal-Unjoni. Għal dak l-għan, l-Unjoni tista’ tassoċja, bis-sħiħ jew parzjalment, pajjiżi terzi mal-attivitajiet taħt il-FEK. Jenħtieġ li l-assoċjazzjoni tkun soġġetta għal bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiżi terzi u tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u, fejn rilevanti, tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni, inkluż billi tiggarantixxi l-aċċess sħiħ u f’ħin reali u d-drittijiet ta’ investigazzjoni u ta’ awditjar għall-OLAF, l-UPPE u l-QEA. Il-pajjiżi terzi assoċjati jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom ukoll li jirrispettaw id-dritt internazzjonali u l-istandards rilevanti tal-UE, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-FEK f’tali pajjiżi jenħtieġ li tiżgura trasparenza u obbligu ta’ rendikont xierqa. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (47) Il-FEK jenħtieġ li jkun miftuħ u jiffaċilita sinerġiji ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni li jappoġġaw oqsma ta’ politika marbuta mill-qrib mal-kompetittività, inkluż il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, il-politiki u l-programmi esterni b’ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri. Dan jenħtieġ li jippermetti l-kombinament u l-akkumulazzjoni ta’ finanzjament għal azzjonijiet li jappoġġaw l-objettivi ta’ aktar minn qasam ta’ politika wieħed tal-Unjoni. Jenħtieġ li tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetajiet bejn il-FEK u r-Regolament (UE) [XXX] [il-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali]. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-appoġġ mir-Regolament (UE) [XXX] [il-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali] u mill-FEK għal proġetti li jkunu ngħataw is-Siġill tal-Kompetittività, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-valutazzjoni qabel l-attribuzzjoni tal-għajnuna mill-Istat u mingħajr preġudizzju. Il-kriterji għall-għoti tas-Siġill tal-Kompetittività jenħtieġ li jitfasslu b’mod li jkun jista’ jissiġilla u jaġixxi wkoll bħala garanzija tal-kwalità filwaqt li jipprovdi assigurazzjonijiet lill-investituri istituzzjonali li l-proġett ġie vverifikat kif xieraq. Is-Siġill tal-Kompetittività jenħtieġ li jingħata lil proġetti ta’ kwalità għolja li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-FEK. Il-FEK jista’ jiġi implimentat b’mod konġunt ma’ programmi oħra tal-Unjoni jew ma’ kodonaturi jew ma’ koinvestituri oħra, u dawk is-sħab jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f’kumitati ta’ evalwazzjoni għal proċeduri tal-għoti ffinanzjati b’mod konġunt. L-implimentazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet kollha ta’ sinerġija jenħtieġ li tkun sempliċi. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ żamma tar-rekords għar-riċevituri jenħtieġ li jitnaqqsu, fejn possibbli għal fluss kuntrattwali uniku ta’ rapportar u ta’ pagament b’sett uniku ta’ regoli għall-appoġġ kollu pprovdut. | (47) Il-FEK jenħtieġ li jkun miftuħ u jiffaċilita sinerġiji ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni li jappoġġaw oqsma ta’ politika marbuta mill-qrib mal-kompetittività, inkluż il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, il-politiki u l-programmi esterni b’ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri. Dan jenħtieġ li jippermetti l-kombinament u l-akkumulazzjoni ta’ finanzjament għal azzjonijiet li jappoġġaw l-objettivi ta’ aktar minn qasam ta’ politika wieħed tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu żviluppati miżuri rispettivi biex jipprevjenu l-finanzjament doppju tal-istess kost. Jenħtieġ li tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetajiet bejn il-FEK u r-Regolament (UE) [XXX] [il-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali]. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-appoġġ mir-Regolament (UE) [XXX] [il-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali] u mill-FEK għal proġetti li jkunu ngħataw is-Siġill tal-Kompetittività, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-valutazzjoni qabel l-attribuzzjoni tal-għajnuna mill-Istat u mingħajr preġudizzju. Il-kriterji għall-għoti tas-Siġill tal-Kompetittività jenħtieġ li jitfasslu b’mod li jkun jista’ jissiġilla u jaġixxi wkoll bħala garanzija tal-kwalità filwaqt li jipprovdi assigurazzjonijiet lill-investituri istituzzjonali li l-proġett ġie vverifikat kif xieraq. Is-Siġill tal-Kompetittività jenħtieġ li jingħata lil proġetti ta’ kwalità għolja li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-FEK. Il-FEK jista’ jiġi implimentat b’mod konġunt ma’ programmi oħra tal-Unjoni jew ma’ kodonaturi jew ma’ koinvestituri oħra, u dawk is-sħab jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f’kumitati ta’ evalwazzjoni għal proċeduri tal-għoti ffinanzjati b’mod konġunt. L-implimentazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet kollha ta’ sinerġija jenħtieġ li tiġi razzjonalizzata biex tippermetti li r-rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ żamma tar-rekords għar-riċevituri jitnaqqsu, fejn possibbli għal fluss kuntrattwali uniku ta’ rapportar u ta’ pagament b’sett uniku ta’ regoli għall-appoġġ kollu pprovdut, filwaqt li jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-fondi tal-Unjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (48) L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jiffoka fuq il-kisba tal-objettivi ta’ politika. Fil-każijiet kollha, il-finanzjament tal-FEK għandu jiġi pprovdut fil-forma li tista’ tilħaq bl-aħjar mod l-objettivi tiegħu, filwaqt li jiġi limitat il-piż amministrattiv għar-riċevituri għall-minimu assolut. Meta jimplimenta l-baġit, il-FEK jenħtieġ li jipprovdi s-sett sħiħ ta’ għodod ta’ appoġġ tal-Unjoni u jiżgura sinerġiji bejn il-politiki appoġġati tiegħu, b’mod partikolari billi jippermetti proċeduri tal-għoti komuni simplifikati biex jiġu segwiti l-objettivi ta’ aktar minn politika waħda. Bħala tali, l-eliminazzjoni tar-rapportar finanzjarju li huwa ta’ piż permezz tal-użu l-aktar wiesa’ possibbli ta’ finanzjament mhux marbut mal-kost jenħtieġ li tiġi segwita bħala miżura ewlenija ta’ simplifikazzjoni. | (48) L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jiffoka fuq il-kisba tal-objettivi ta’ politika ddefiniti b’mod ċar. Fil-każijiet kollha, il-finanzjament tal-FEK għandu jiġi pprovdut fil-forma li tista’ tilħaq bl-aħjar mod l-objettivi tiegħu, filwaqt li jiġi limitat il-piż amministrattiv għar-riċevituri għall-minimu meħtieġ. Meta jimplimenta l-baġit, il-FEK jenħtieġ li jipprovdi s-sett sħiħ ta’ għodod ta’ appoġġ tal-Unjoni u jiżgura sinerġiji bejn il-politiki appoġġati tiegħu, b’mod partikolari billi jippermetti proċeduri tal-għoti komuni simplifikati biex jiġu segwiti l-objettivi ta’ aktar minn politika waħda. Bħala tali, l-eliminazzjoni tar-rapportar finanzjarju li huwa ta’ piż permezz tal-użu l-aktar wiesa’ possibbli ta’ finanzjament mhux marbut mal-kost jenħtieġ li tiġi segwita bħala miżura ewlenija ta’ simplifikazzjoni, fejn xieraq u dment li l-kost stmat tal-azzjonijiet jibqa’ taħt il-limiti definiti f’dan ir-Regolament u li tiġi pprovduta ġustifikazzjoni tal-adegwatezza tiegħu. Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni jenħtieġ li ma jnaqqsux it-trasparenza, it-trattament ugwali u l-livell ta’ protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju dokumentata u jkunu akkumpanjati minn salvagwardji proporzjonati, inklużi arranġamenti xierqa ta’ awditjar u kontroll, informazzjoni affidabbli dwar il-prestazzjoni u rapportar imsaħħaħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-kisbiet fl-effiċjenza li jirriżultaw mis-simplifikazzjoni jenħtieġ li jwasslu għal tnaqqis dimostrabbli fil-kostijiet amministrattivi tal-Fond, u l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta kull sena lill-awtorità ta’ kwittanza dwar tali ffrankar tal-kostijiet. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (48a) Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba fl-użu tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità tal-għoti oħra skont dan ir-Regolament tapplika metodoloġiji ċari u robusti, filwaqt li tiżgura l-plawżibbiltà tal-kostijiet, jenħtieġ li tipprevjeni l-kumpens żejjed u l-finanzjament doppju, u tistabbilixxi arranġamenti effettivi ta’ monitoraġġ u ta’ awditjar, filwaqt li tiżgura li l-Parlament Ewropew ikun jista’ jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu ta’ sorveljanza baġitarja. Proġetti li jinvolvu diversi sorsi ta’ finanzjament tal-Unjoni u nazzjonali, perjodi twal ta’ implimentazzjoni, konsorzji kbar jew livelli ogħla ta’ riskju finanzjarju jistgħu jippreżentaw riskji akbar ta’ kumpens żejjed, irregolaritajiet, finanzjament doppju u frodi u għalhekk jistgħu jirrikjedu rapportar finanzjarju aktar dettaljat u data verifikabbli dwar in-nefqa. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (50) Il-FEK jenħtieġ li jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma kif stabbilit f’dan ir-Regolament. Il-programmi ta’ ħidma jistgħu jiġu adottati f’format annwali jew pluriennali. Dan tal-aħħar jista’ b’mod partikolari jitqies għall-finijiet tal-appoġġ tal-Unjoni pprovdut għal garanziji baġitarji u strumenti finanzjarji, bil-ħsieb li tiġi pprovduta prevedibbiltà lis-sħab involuti fl-implimentazzjoni. Il-mod ta’ implimentazzjoni magħżul jirrifletti l-ħtiġijiet identifikati għad-direzzjonalità, il-flessibbiltà, il-prevedibbiltà u l-effiċjenza, li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament. F’konformità mar-Regolament (UE Euratom) 2024/2059, il-programmi ta’ ħidma u d-dokumenti tas-sejħa se jistabbilixxu aktar dettalji tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-baġit fis-sett kollu ta’ politiki appoġġati mill-FEK, inklużi kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà u tal-għoti skont l-istrument tal-implimentazzjoni tal-baġit, kemm jekk għotjiet, kif ukoll jekk akkwist, u l-objettivi speċifiċi tal-politika segwiti. F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju, għal raġunijiet ta’ sigurtà, jenħtieġ li r-restrizzjonijiet tal-eliġibbiltà japplikaw għal fornituri ta’ riskju għoli. Il-programmi ta’ ħidma huma wkoll il-post xieraq għall-allokazzjoni tal-baġit f’konformità mal-prijoritajiet ta’ politika li qed jevolvu, u jenħtieġ li jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet, il-kundizzjonijiet speċifiċi u r-riżultati mistennija. | (50) Il-FEK jenħtieġ li jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma kif stabbilit f’dan ir-Regolament. Il-programmi ta’ ħidma jistgħu jiġu adottati taħt format pluriennali, b’aġġornamenti li jsiru ta’ kull sena skont il-ħtieġa. L-Istati Membri u l-Parlament jenħtieġ li jkunu involuti u l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma jenħtieġ li ssir permezz tal-proċedura tal-att delegat f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE. Il-format pluriennali għall-finijiet tal-appoġġ tal-Unjoni pprovdut għal garanziji baġitarji u strumenti finanzjarji huwa meħtieġ biex tiġi pprovduta prevedibbiltà lis-sħab ta’ implimentazzjoni. Il-mod ta’ implimentazzjoni magħżul jirrifletti l-ħtiġijiet identifikati għad-direzzjonalità, il-flessibbiltà, il-prevedibbiltà u l-effiċjenza, li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament. F’konformità mar-Regolament (UE Euratom) 2024/2059, il-programmi ta’ ħidma u d-dokumenti tas-sejħa se jistabbilixxu aktar dettalji tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-baġit fis-sett kollu ta’ politiki appoġġati mill-FEK, inklużi kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà u tal-għoti skont l-istrument tal-implimentazzjoni tal-baġit, kemm jekk għotjiet, kif ukoll jekk akkwist, u l-objettivi speċifiċi tal-politika segwiti. F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju, għal raġunijiet ta’ sigurtà, jenħtieġ li r-restrizzjonijiet tal-eliġibbiltà japplikaw għal fornituri ta’ riskju għoli. Il-programmi ta’ ħidma huma wkoll il-post xieraq għall-allokazzjoni tal-baġit f’konformità mal-prijoritajiet ta’ politika li qed jevolvu, u abbażi ta’ kriterji oġġettivi, debitament ġustifikati u trasparenti. Jenħtieġ li jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet, il-kundizzjonijiet speċifiċi u r-riżultati mistennija. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (51) Sabiex l-istrumenti finanzjarji u l-garanzija baġitarja jattiraw b’mod effettiv il-flus privati, is-sħab ta’ implimentazzjoni jeħtieġ li jkunu assoċjati mill-qrib. Dan jiżgura d-direzzjoni u l-allinjament tal-politika, kif ukoll il-ġenerazzjoni ta’ riżervi ta’ proġetti. L-esperjenza u t-tagħlimiet miksuba bl-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU jenfasizzaw l-importanza tal-linji gwida dwar l-investiment fil-ħolqien ta’ din il-proċedura ta’ xiri sfurzat u fil-forniment tal-prevedibbiltà u l-viżibbiltà meħtieġa għas-sħab u l-investituri ta’ implimentazzjoni, sabiex dawn jistabbilixxu l-kapaċità organizzazzjonali tagħhom u joriġinaw ir-riżerva tal-investimenti, filwaqt li jippermettu l-flessibbiltà meħtieġa biex tiġi żgurata direzzjoni ta’ politika adegwata matul l-implimentazzjoni. Il-linji gwida dwar l-investiment jenħtieġ li jinkludu deskrizzjoni dettaljata tal-oqsma ta’ politika ta’ intervent u fokus fuq l-investiment bl-għan li tiġi żgurata l-addizzjonalità u tiġi inċentivata l-attrazzjoni ta’ investiment privat u pubbliku b’appoġġ għall-objettivi ta’ politika u l-proġetti strateġiċi tal-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-investiment jenħtieġ li jitħejjew f’konsultazzjoni mas-sħab ta’ implimentazzjoni biex jibbenefikaw mill-għarfien tagħhom dwar is-suq, u jippermettulhom jinvestu f’oqsma prijoritarji tal-Unjoni u jinċentivawhom għat-teħid ta’ aktar riskju. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-iżviluppi li qed jevolvu, il-linji gwida dwar l-investiment jistgħu jiġu rieżaminati fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-QFP. | (51) Sabiex l-istrumenti finanzjarji u l-garanzija baġitarja jattiraw b’mod effettiv il-flus privati, is-sħab ta’ implimentazzjoni jeħtieġ li jkunu assoċjati mill-qrib. Dan jiżgura d-direzzjoni u l-allinjament tal-politika, kif ukoll il-ġenerazzjoni ta’ riżervi ta’ proġetti. L-esperjenza u t-tagħlimiet miksuba bl-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU jenfasizzaw l-importanza tal-linji gwida dwar l-investiment fil-ħolqien ta’ din il-proċedura ta’ xiri sfurzat u fil-forniment tal-prevedibbiltà u l-viżibbiltà meħtieġa għas-sħab u l-investituri ta’ implimentazzjoni, sabiex dawn jistabbilixxu l-kapaċità organizzazzjonali tagħhom u joriġinaw ir-riżerva tal-investimenti, filwaqt li jippermettu l-flessibbiltà meħtieġa biex tiġi żgurata direzzjoni ta’ politika adegwata matul l-implimentazzjoni. Il-linji gwida dwar l-investiment jenħtieġ li jinkludu deskrizzjoni dettaljata tal-oqsma ta’ politika ta’ intervent u fokus fuq l-investiment, bl-għan li tiġi żgurata l-addizzjonalità u tiġi inċentivata l-attirazzjoni ta’ investiment privat u pubbliku b’appoġġ għall-objettivi ta’ politika u l-proġetti strateġiċi tal-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-investiment jenħtieġ li jitħejjew f’konsultazzjoni mas-sħab ta’ implimentazzjoni biex jibbenefikaw mill-għarfien tagħhom dwar is-suq u jippermettulhom jinvestu f’oqsma prijoritarji tal-Unjoni u jinċentivawhom għat-teħid ta’ aktar riskju. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti u dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni effettiva u l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-iżviluppi li qed jevolvu, il-linji gwida dwar l-investiment jistgħu jiġu rieżaminati fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-QFP. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura, billi tinkludi obbligi xierqa fil-ftehimiet tagħha mas-sħab ta’ implimentazzjoni, li dawk is-sħab japplikaw livell adegwat ta’ obbligu ta’ rendikont, trasparenza u traċċabbiltà fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, u jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-kompetenzi tal-OLAF, tal-UPPE u tal-QEA. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (56) Jenħtieġ li jiġi stabbilit sett ta’ għodod ta’ finanzjament orizzontali u trażversali għas-servizz tat-twieqi ta’ politika kollha, li joffri kull forma ta’ appoġġ permess mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2059, bħal strumenti finanzjarji, inkluż l-appoġġ ipprovdut fil-forma ta’ ekwità. L-għażla tal-istrument ta’ finanzjament speċifiku u b’mod partikolari jekk l-appoġġ ikunx ripagabbli jew le, għandha tiddependi fuq in-natura tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati (pereżempju l-fallimenti sottostanti tas-suq, il-ħtieġa speċifika, in-natura tal-industrija, l-istadju tal-iżvilupp jew it-tip ta’ benefiċjarju). L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jnaqqas ir-riskju għall-proġetti sal-punt meħtieġ biex jinvesti s-settur privat u biex il-proġett ikun jista’ jitwettaq b’suċċess. Ir-rati ta’ kofinanzjament jenħtieġ li jkunu baxxi kemm jista’ jkun u għoljin kemm ikun meħtieġ biex jitwettaq il-proġett appoġġat. Tista’ tintuża taħlita ta’ għodod ta’ finanzjament, inklużi operazzjonijiet ta’ taħlit u taħlita ta’ finanzjament. Il-FEK jenħtieġ li jipprovdi wkoll lil kull qasam ta’ politika pariri dwar l-aktar għodda ta’ finanzjament xierqa li għandha tintuża għall-azzjonijiet speċifiċi tiegħu, skont, fost l-oħrajn, l-istadju tal-iżvilupp, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-industrija u l-fallimenti sottostanti tas-suq. | (56) Jenħtieġ li jiġi stabbilit sett ta’ għodod ta’ finanzjament orizzontali u trażversali għas-servizz tat-twieqi ta’ politika kollha, li joffri kull forma ta’ appoġġ permess mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2059, bħal strumenti finanzjarji, inkluż l-appoġġ ipprovdut fil-forma ta’ ekwità. L-għażla tal-istrument ta’ finanzjament speċifiku u b’mod partikolari jekk l-appoġġ ikunx ripagabbli jew le, għandha tiddependi fuq in-natura tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati (pereżempju l-fallimenti sottostanti tas-suq, il-ħtieġa speċifika, in-natura tal-industrija, l-istadju tal-iżvilupp jew it-tip ta’ benefiċjarju). L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jnaqqas ir-riskju għall-proġetti sal-punt meħtieġ biex jinvesti s-settur privat u biex il-proġett ikun jista’ jitwettaq b’suċċess. Ir-rati ta’ kofinanzjament jenħtieġ li jkunu baxxi kemm jista’ jkun u għoljin kemm ikun meħtieġ biex jitwettaq il-proġett appoġġat. Tista’ tintuża taħlita ta’ għodod ta’ finanzjament, inklużi operazzjonijiet ta’ taħlit u taħlita ta’ finanzjament. Il-FEK jenħtieġ li jipprovdi wkoll lil kull qasam ta’ politika pariri dwar l-aktar għodda ta’ finanzjament xierqa li għandha tintuża għall-azzjonijiet speċifiċi tiegħu, skont, fost l-oħrajn, l-istadju tal-iżvilupp, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-industrija u l-fallimenti sottostanti tas-suq. L-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha ta’ finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li titwettaq filwaqt li tiżgura t-trasparenza sħiħa, it-traċċabbiltà tal-fondi u l-obbligu ta’ rendikont, u tirrispetta l-kompetenzi u d-drittijiet tal-QEA. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta miżuri suffiċjenti biex tipprevjeni l-finanzjament doppju u biex tippermetti lill-Parlament Ewropew jeżerċita l-prerogattivi ta’ sorveljanza baġitarja tiegħu. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (57) Il-konsultazzjonijiet ma’ diversi partijiet ikkonċernati, inklużi dawk tar-riċerkaturi u tal-industrija, tas-sħab soċjali, kif ukoll tal-investituri, tal-utenti finali u tas-soċjetà ċivili, mill-SMEs, minn organizzazzjonijiet żgħar sa kbar, jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-FEK. Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jkunu strutturati permezz ta’ bordijiet konsultattivi inkluż il-Bord tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK li l-kompitu tiegħu jenħtieġ li jkun li jipprovdi għarfien u jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar ix-xejriet tal-politika, il-ħtiġijiet ta’ investiment, u l-implimentazzjoni tal-FEK mill-perspettiva tal-promoturi tal-proġetti, bl-għan li jiġi żgurat li r-rispons mill-komunitajiet ikun rifless fit-tfassil tal-programmi ta’ ħidma. | (57) Il-konsultazzjonijiet ma’ diversi partijiet ikkonċernati, inklużi dawk tal-Istati Membri, tar-riċerkaturi, tal-industrija, tas-sħab ta’ implimentazzjoni, tas-sħab soċjali, kif ukoll tal-investituri, tal-utenti finali u tas-soċjetà ċivili, mill-SMEs, minn organizzazzjonijiet żgħar sa kbar, minn madwar ir-reġjuni kollha tal-Unjoni, jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-FEK. Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jkunu strutturati permezz ta’ bordijiet konsultattivi inkluż il-Bord tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK li l-kompitu tiegħu jenħtieġ li jkun li jipprovdi għarfien u jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar ix-xejriet tal-politika, il-ħtiġijiet ta’ investiment, u l-implimentazzjoni tal-FEK mill-perspettiva tal-promoturi tal-proġetti, bl-għan li jiġi żgurat li r-rispons mill-komunitajiet ikun rifless fit-tfassil tal-programmi ta’ ħidma u li l-FEK jibqa’ allinjat mal-objettivi tal-Unjoni. L-għażla u l-ħidma ta’ tali bordijiet konsultattivi jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mar-regoli applikabbli dwar it-trasparenza, l-integrità, l-obbligu ta’ rendikont, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u r-rappreżentanza ġeografika ġusta, inklużi salvagwardji xierqa u proċeduri tal-għażla trasparenti għall-membri. Fejn xieraq, jenħtieġ li tiġi promossa r-rappreżentanza bbilanċjata. Il-kompożizzjoni, il-proċeduri u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom jenħtieġ li jiġu dokumentati kif xieraq u jkunu traċċabbli. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (62) Fejn meħtieġ u ġġustifikat kif xieraq, l-FEK jenħtieġ li jipprovdi mekkaniżmu ta’ intervent immirat biex jipprovdi appoġġ tal-Unjoni b’mod deliberat għal ċerti azzjonijiet ta’ importanza strateġika u ekonomika. Meta ċerti proġetti importanti ma jkunux jistgħu jiġu implimentati b’suċċess fl-iskeda ta’ żmien għat-tlestija ta’ proċeduri tal-għoti kompetittivi regolari, il-FEK jenħtieġ li jipprevedi wkoll il-possibbiltà li jiġu implimentati direttament proġetti eċċellenti li baqgħu mhux iffinanzjati taħt l-ebda programm tal-Unjoni jew li jkompli jappoġġa finanzjarjament proġetti li jaħdmu tajjeb u mingħajr xkiel fil-passi li jmiss tagħhom matul il-perkors tal-investiment, mingħajr ma jiġi impost piż amministrattiv addizzjonali għar-riċevituri. Barra minn hekk, f’konformità mal-approċċ meħud mil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti, bħall-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (NZIA, Net Zero Industry Act), l-Att dwar il-Materja Prima Kritika (CRMA, Critical Raw Materials Act) jew id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED III, Renewable Energy Directive III) u referenzjat fil-komunikazzjoni dwar il-Patt għal Industrija Nadifa (CID, Clean Industrial Deal) u l-Istrateġija għas-Suq Uniku, każijiet li fihom proġetti speċifiċi jitqiesu li huma ta’ interess pubbliku jew preżunti li huma ta’ interess pubbliku prevalenti jistgħu jiġu identifikati f’leġiżlazzjoni separata jew futura eżistenti. | (62) Fejn meħtieġ u ġġustifikat kif xieraq, l-FEK jenħtieġ li jipprovdi mekkaniżmu ta’ intervent immirat biex jipprovdi appoġġ tal-Unjoni b’mod deliberat għal ċerti azzjonijiet ta’ importanza strateġika u ekonomika. Meta ċerti proġetti importanti ma jkunux jistgħu jiġu implimentati b’suċċess fl-iskeda ta’ żmien għat-tlestija ta’ proċeduri tal-għoti kompetittivi regolari, il-FEK jenħtieġ li jipprevedi wkoll il-possibbiltà li jiġu implimentati direttament proġetti eċċellenti li baqgħu mhux iffinanzjati taħt l-ebda programm tal-Unjoni jew li jkompli jappoġġa finanzjarjament proġetti li jaħdmu tajjeb u mingħajr xkiel fil-passi li jmiss tagħhom matul il-perkors tal-investiment, mingħajr ma jiġi impost piż amministrattiv addizzjonali għar-riċevituri. Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ appoġġ dirett jenħtieġ li jiġu definiti minn qabel b’mod ċar, f’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont. Il-Bord tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK jenħtieġ li jiġi kkonsultat qabel ma jiġu adottati tali miżuri ta’ intervent immirati. Barra minn hekk, f’konformità mal-approċċ meħud mil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti, bħall-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (NZIA, Net Zero Industry Act), l-Att dwar il-Materja Prima Kritika (CRMA, Critical Raw Materials Act) jew id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED III, Renewable Energy Directive III) u referenzjat fil-komunikazzjoni dwar il-Patt għal Industrija Nadifa (CID, Clean Industrial Deal) u l-Istrateġija għas-Suq Uniku, każijiet li fihom proġetti speċifiċi jitqiesu li huma ta’ interess pubbliku jew preżunti li huma ta’ interess pubbliku prevalenti jistgħu jiġu identifikati f’leġiżlazzjoni separata jew futura eżistenti. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (67a) Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira minima indikattiva għall-mobilizzazzjoni ta’ investiment relattiv għall-iskopertura baġitarja tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jsiru monitoraġġ u valutazzjoni effettivi tal-impatt tal-istrument, jiġi żgurat valur għall-flus u tiġi appoġġata l-awtorità ta’ kwittanza fl-evalwazzjoni ta’ jekk il-garanzija baġitarja tkunx iġġenerat effett ta’ ingranaġġ adegwat. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (69) Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn u jiġu żgurati implimentazzjoni rapida u appoġġ għas-suq b’kontinwità matul il-perjodi ta’ programmazzjoni, l-implimentazzjoni tal-Istrument InvestEU tal-FEK se tibni fuq il-komunità ta’ sħab ta’ implimentazzjoni vvalutati mill-pilastru tal-Programm InvestEU, l-arranġamenti kuntrattwali u l-prodotti finanzjarji rilevanti eżistenti. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, implimentazzjoni aktar rapida u simplifikazzjoni għall-entitajiet fdati, l-implimentazzjoni tal-Istrument InvestEU jenħtieġ li tibni fuq ftehimiet eżistenti, mudelli għal arranġamenti legali u kuntrattwali, kif ukoll għodod stabbiliti ta’ monitoraġġ u rapportar. Dan itejjeb l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni u jippermetti li ssir aktar enfasi fuq l-appoġġ effiċjenti għar-riċevituri finali. Il-Kummissjoni tista’ tiddependi u terġa’ tuża bis-sħiħ jew parzjalment il-ftehimiet mas-sħab ta’ implimentazzjoni konklużi skont ir-Regolament (UE) 2021/253, u fuq valutazzjonijiet magħmula minnha stess jew minn entitajiet oħra fil-kuntest ta’ ftehimiet skont dak ir-Regolament. | (69) Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn u jiġu żgurati implimentazzjoni rapida u appoġġ għas-suq b’kontinwità matul il-perjodi ta’ programmazzjoni, l-implimentazzjoni tal-Istrument InvestEU tal-FEK se tibni fuq il-komunità ta’ sħab ta’ implimentazzjoni vvalutati mill-pilastru tal-Programm InvestEU, l-arranġamenti kuntrattwali u l-prodotti finanzjarji rilevanti eżistenti. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, implimentazzjoni aktar rapida u simplifikazzjoni għall-entitajiet fdati, l-implimentazzjoni tal-Istrument InvestEU jenħtieġ li tibni fuq ftehimiet eżistenti, mudelli għal arranġamenti legali u kuntrattwali, kif ukoll għodod stabbiliti ta’ monitoraġġ u rapportar. Dan itejjeb l-impatt tal-appoġġ tal-Unjoni u jippermetti li ssir aktar enfasi fuq l-appoġġ effiċjenti għar-riċevituri finali. Il-Kummissjoni tista’ tiddependi fuq u terġa’ tuża bis-sħiħ jew parzjalment il-ftehimiet mas-sħab ta’ implimentazzjoni konklużi skont ir-Regolament (UE) 2021/253, u fuq valutazzjonijiet magħmula minnha stess jew minn entitajiet oħra fil-kuntest ta’ ftehimiet skont dak ir-Regolament, fejn xieraq u mingħajr ma jiġu kompromessi s-salvagwardji finanzjarji. Is-sħab ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiżguraw l-istess livell ta’ obbligu ta’ rendikont, trasparenza u traċċabbiltà fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, u jenħtieġ li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet tal-OLAF, tal-UPPE u tal-QEA. Jenħtieġ ukoll li jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-metodoloġiji tagħhom għall-għażla tal-benefiċjarji u dwar il-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u biex jiġu pprevenuti l-frodi, il-kunflitti ta’ interess jew irregolaritajiet oħra. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (70) Sabiex is-sħab ta’ implimentazzjoni jingħataw aċċess usa’ għall-Istrument InvestEU tal-FEK, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tikkonkludi ftehimiet b’ġestjoni indiretta mal-kategoriji kollha ta’ entitajiet elenkati skont l-Artikolu 62(1), il-punt (c), ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2059. Sabiex jiġi sfruttat il-kapital privat, jenħtieġ li l-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni jkunu eliġibbli wkoll li jiġu fdati b’mod eċċezzjonali, wara valutazzjoni pożittiva tal-pilastru, bl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew ta’ garanziji baġitarji, inkluż meta jkunu kkombinati ma’ għotjiet jew ma’ forom oħra ta’ appoġġ mhux ripagabbli f’operazzjonijiet ta’ taħlit, sal-punt li tali korpi jiġu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati. Tali korpi jenħtieġ li jintgħażlu filwaqt li titqies in-natura tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja li għandha tiġi implimentata, l-esperjenza u l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali ta’ dawk il-korpi, u r-regoli u l-proċeduri tagħhom għall-verifika tal-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti tar-riċevituri finali. L-għażla jenħtieġ li tkun trasparenti, iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interess. | (70) Sabiex is-sħab ta’ implimentazzjoni jingħataw aċċess usa’ għall-Istrument InvestEU tal-FEK, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tikkonkludi ftehimiet b’ġestjoni indiretta mal-kategoriji kollha ta’ entitajiet elenkati skont l-Artikolu 62(1), il-punt (c), ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2059. Sabiex jiġi sfruttat il-kapital privat, jenħtieġ li l-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni jkunu eliġibbli wkoll li jiġu fdati b’mod eċċezzjonali, wara valutazzjoni pożittiva tal-pilastru, bl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew ta’ garanziji baġitarji, inkluż meta jkunu kkombinati ma’ għotjiet jew ma’ forom oħra ta’ appoġġ mhux ripagabbli f’operazzjonijiet ta’ taħlit, sal-punt li tali korpi jiġu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati, indipendenza operattiva u sistemi ta’ mmaniġġjar tar-riskju robusti. Tali korpi jenħtieġ li jintgħażlu filwaqt li titqies in-natura tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja li għandha tiġi implimentata, l-esperjenza u l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali ta’ dawk il-korpi, u r-regoli u l-proċeduri tagħhom għall-verifika tal-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti tar-riċevituri finali. L-għażla jenħtieġ li tkun trasparenti, iġġustifikata b’raġunijiet oġġettivi u jenħtieġ li ma twassalx għal kunflitt ta’ interess. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li t-tariffi ta’ ġestjoni imposti mis-sħab ta’ implimentazzjoni jiġu stabbiliti f’livell raġonevolment baxx. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell tat-tariffi tal-ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 84b ta’ dan ir-Regolament. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (77) Jenħtieġ li tiġi stabbilita Konsulenza għall-Proġetti biex tappoġġa l-objettivi tal-FEK, filwaqt li tibni fuq iċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU. Għandha torbot l-appoġġ konsultattiv ma’ entitajiet privati u pubbliċi madwar l-Ewropa, toffri servizzi mfassla apposta lil benefiċjarji potenzjali u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ investiment potenzjali taħt il-FEK. Fl-istess ħin, ir-rwol tas-servizzi ta’ appoġġ għan-negozju bħan-Network “UE għan-Negozji”, fost l-oħrajn, jenħtieġ li jkun li jagħmlu n-negozji Ewropej aktar innovattivi u kompetittivi, jikbru u jespandu fis-Suq Uniku u li jżidu l-għarfien u jikkontribwixxu għall-bini tal-kapaċità f’mezzi għall-aċċess ta’ finanzjament ibbażat fuq is-suq kapitali. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn u jiġu żgurati implimentazzjoni rapida u appoġġ għas-suq fil-kontinwità, il-FEK jista’ jiddependi fuq il-komunità ta’ sħab ta’ implimentazzjoni vvalutati mill-pilastru tal-Programm InvestEU. | (77) Jenħtieġ li tiġi stabbilita Konsulenza għall-Proġetti biex tappoġġa l-objettivi tal-FEK, filwaqt li tibni fuq l-esperjenza taċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU. Għandha torbot l-appoġġ konsultattiv ma’ entitajiet privati u pubbliċi madwar l-Ewropa, toffri servizzi mfassla apposta lil benefiċjarji potenzjali u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ riżerva ta’ operazzjonijiet ta’ investiment potenzjali taħt il-FEK. Sabiex jittejjeb l-aċċess għall-appoġġ tal-Unjoni, jenħtieġ li s-servizzi ta’ konsulenza dwar il-proġetti u ta’ appoġġ għan-negozju jagħtu attenzjoni partikolari lill-applikanti u lill-benefiċjarji b’inqas esperjenza fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, inkluż fir-reġjuni inqas żviluppati u ultraperiferiċi, filwaqt li jippreżervaw l-eċċellenza, it-trattament ugwali u l-ġestjoni finanzjarja tajba. Fl-istess ħin, ir-rwol tas-servizzi ta’ appoġġ għan-negozju bħan-Network “UE għan-Negozji”, fost l-oħrajn, jenħtieġ li jkun li jagħmlu n-negozji Ewropej aktar innovattivi u kompetittivi, jikbru u jespandu fis-Suq Uniku u li jżidu l-għarfien u jikkontribwixxu għall-bini tal-kapaċità f’mezzi għall-aċċess ta’ finanzjament ibbażat fuq is-suq kapitali. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn u jiġu żgurati implimentazzjoni rapida u appoġġ għas-suq fil-kontinwità, il-FEK jista’ jiddependi fuq il-komunità ta’ sħab ta’ implimentazzjoni vvalutati mill-pilastru tal-Programm InvestEU. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (83 a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li d-data dwar il-prestazzjoni u dwar il-ġestjoni finanzjarja rrapportata mis-sħab ta’ implimentazzjoni, mill-entitajiet fdati u mill-Istati Membri tkun soġġetta għal verifika indipendenti fuq bażi proporzjonata għar-riskju. Irrispettivament minn jekk id-data tkunx ġiet irrapportata minn partijiet terzi, il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà finali li tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar il-prestazzjoni lill-awtorità baġitarja u ta’ kwittanza. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (85) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-FEK, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-bidliet fl-ammont massimu tal-garanzija baġitarja u r-rata ta’ proviżjonament, kif ukoll fir-rigward ta’ ċerti miżuri b’appoġġ għall-politika dwar l-ispazju. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 24. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. | (85) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-FEK, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-bidliet fl-ammont massimu tal-garanzija baġitarja u r-rata ta’ proviżjonament, kif ukoll fir-rigward ta’ ċerti miżuri b’appoġġ għall-politika dwar l-ispazju. Għall-fini ta’ prevedibbiltà u trasparenza, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti d-dettalji u l-kontenut massimi, filwaqt li l-atti delegati sussegwenti jenħtieġ li jkunu strettament limitati għad-dettalji tekniċi tal-implimentazzjoni. Barra minn hekk, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha għall-adozzjoni ta’ atti delegati, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet24. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni trasparenti u ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
| __________________ | __________________ |
| 24 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj. | 24 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (d) Tieqa ta’ “Reżiljenza u Sigurtà, Industrija tad-Difiża, u Spazju” – implimentata permezz ta’ attivitajiet stabbiliti fil-Kapitolu II u fil-Kapitolu VII, inkluż il-programm speċifiku għar-riċerka u l-innovazzjoni fid-difiża msemmi fil-paragrafu 1, u li tikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2), il-punt (d). | (d) Tieqa ta’ “Reżiljenza u Sigurtà, Industrija tad-Difiża, u Spazju” – implimentata permezz ta’ attivitajiet stabbiliti fil-Kapitolu II u fil-Kapitolu VII, inkluż il-programm speċifiku għar-riċerka u l-innovazzjoni fid-difiża msemmi fil-paragrafu 1, u li tikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2), il-punt (d), biex jiġu indirizzati b’mod adegwat il-prijoritajiet u l-isfidi. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21 a) “Applikanti b’inqas esperjenza” tfisser entitajiet ġuridiċi, u l-predeċessuri tagħhom, li, matul il-5 snin ta’ qabel l-iskadenza tas-sejħa, ma jkunux ingħataw finanzjament fl-ambitu ta’ programm tal-Unjoni ġestit ċentralment jew ikunu ppreżentaw proposti eliġibbli mingħajr ma jkunu ntgħażlu għall-finanzjament. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21 b) “Applikanti għall-ewwel darba” tfisser entitajiet ġuridiċi, u l-predeċessuri tagħhom, li, qabel l-iskadenza tas-sejħa, qatt ma jkunu ppreżentaw proposta fl-ambitu ta’ programm tal-Unjoni ġestit ċentralment. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (g) isaħħaħ il-kompetittività tal-SMEs u tal-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja stabbiliti fl-Unjoni u l-kapaċità tagħhom li jikbru u jespandu, b’mod partikolari billi jtejjeb l-aċċess tagħhom għall-finanzi, inkluż l-investiment privat, il-mikrofinanzjament u l-appoġġ għall-intrapriżi soċjali bħala faċilitazzjoni tal-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni, permezz ta’ proċeduri aktar rapidi, simplifikati u armonizzati; inaqqas u jiżgura piż proporzjonat ta’ rapportar; | (g) isaħħaħ il-kompetittività tal-SMEs u tal-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja stabbiliti fl-Unjoni u l-kapaċità tagħhom li jikbru u jespandu, b’mod partikolari billi jtejjeb l-aċċess tagħhom għall-finanzi, inkluż l-investiment privat, il-mikrofinanzjament u l-appoġġ għall-intrapriżi soċjali bħala faċilitazzjoni tal-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni, permezz ta’ proċeduri razzjonalizzati, simplifikati u armonizzati; jiżgura li n-negozji, l-organizzazzjonijiet tar- riċerka u l-entitajiet pubbliċi fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod effettiv fil-Programm; inaqqas u jiżgura piż proporzjonat ta’ rapportar mingħajr ma jikkomprometti t-traċċabbiltà tal-fondi tal-Unjoni u s-sorveljanza baġitarja; |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (k) jiżgura tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija sostenibbli, dekarbonizzata u diġitali li tkun ġusta u li tappoġġa lill-ħaddiema u lill-komunitajiet. | (k) jiżgura tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija sostenibbli, dekarbonizzata u diġitali li tikkontribwixxi għat-tkabbir reġjonali u tappoġġa lill-ħaddiema u lill-komunitajiet, inkluż fis-setturi li jirrikjedu sforzi ta’ tranżizzjoni msaħħa, b’mod partikolari fl-industriji intensivi fl-enerġija; |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (k a) jissalvagwardja d-distribuzzjoni bbilanċjata tal-opportunitajiet madwar l-Unjoni, u hekk jippermetti lill-entitajiet stabbiliti f’reġjuni inqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni jkollhom aċċess effettiv għall-forom kollha ta’ appoġġ skont dan ir-Regolament. Dan jista’ jiġi appoġġat permezz ta’ rati ogħla ta’ kofinanzjament, appoġġ konsultattiv iddedikat u miżuri ta’ bini tal-kapaċità, it-trawwim tal-kooperazzjoni, u l-promozzjoni tal-integrazzjoni fi ktajjen tal-valur tal-Unjoni sostenibbli, inklużivi u reżiljenti, u hekk jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta’ valur għoli tal-operaturi tas-suq u r-reġjuni kollha; |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Taħt l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEK għandu b’mod partikolari jsegwi l-objettivi speċifiċi li ġejjin: | 2. Taħt l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEK għandu b’mod partikolari jsegwi l-objettivi speċifiċi li ġejjin, filwaqt li jiżgura d-distribuzzjoni bbilanċjat tal-opportunitajiet madwar l-Unjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1 a. Mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tiżgura li ammont iddedikat jingħata lill-proġetti li jinvolvu entitajiet stabbiliti f’pajjiżi fi Tranżizzjoni u pajjiżi tat-Twessigħ skont ir-Regolament (UE) [XXX] [Orizzont Ewropa]. Fejn, sal-31 ta’ Diċembru 2030, il-livell ta’ finanzjament mogħti lil entitajiet stabbiliti f’pajjiżi fi Tranżizzjoni u pajjiżi tat-Twessigħ wieħed jew aktar jibqa’ baxx b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri xierqa biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni, inklużi sejħiet immirati jew miżuri oħra ta’ implimentazzjoni, appoġġ konsultattiv iddedikat, jew azzjonijiet oħra mmirati lejn it-tisħiħ tar-riżerva ta’ proġetti. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u r-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEK, bħall-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, is-sistemi u l-pjattaformi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, l-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, u kull assistenza teknika u amministrattiva oħra jew spejjeż relatati mal-persunal imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-FEK. | 5. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u r-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEK, bħall-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, inklużi d-disinn u l-operat tas-sistemi u l-metodoloġiji biex jiġu żgurati l-kwalità u, fejn xieraq, il-verifika indipendenti tad-data dwar il-prestazzjoni u dwar il-ġestjoni finanzjarja, u l-interoperabbiltà mal-Ispazju Uniku għall-Iskambju Elettroniku ta’ Data u mal-portal uniku msemmija fl-Artikolu 31 dwar l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni, is-sistemi u l-pjattaformi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, u l-informazzjoni, l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra mġarrba mill-Istati Membri fil-promozzjoni u l-iżvilupp tal-kapaċità li jappoġġaw l-applikazzjoni b’suċċess tal-SMEs fl-ambitu tal-FEK. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5 a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura kontabbiltà separata tan-nefqa mġarrba skont il-paragrafu 5 għall-monitoraġġ, il-kontroll, l-awditjar u l-evalwazzjoni, inklużi sistemi tal-IT korporattivi użati għal dawk il-finijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 84b ta’ dan ir-Regolament, diżaggregazzjoni tan-nefqa msemmija fl-ewwel subparagrafu, li tiddistingwi mill-inqas bejn (a) il-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-prestazzjoni, (b) il-kontrolli ex ante u ex post, (c) l-attivitajiet tal-awditjar u ta’ kontra l-frodi, u (d) l-evalwazzjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tagħhom, f’konformità mal-Artikolu X tar-Regolament (UE) [XXX][ir-Regolament NRPF ], jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FEK. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament jew indirettament f’konformità mal-Artikolu 62(1)(a) jew (c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Dawn għandhom ikunu addizzjonali għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 4. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għal ammonti addizzjonali magħmula disponibbli b’dan il-mod għall-FEK, l-ammonti mhux impenjati korrispondenti jistgħu, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lura għal kapitolu rispettiv wieħed jew aktar tal-Pjan jew is-suċċessuri tagħhom. | 2. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tagħhom, f’konformità mal-Artikolu X tar-Regolament (UE) [XXX][ir-Regolament NRPF ], jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FEK. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament jew indirettament f’konformità mal-Artikolu 62(1)(a) jew (c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Dawn għandhom ikunu addizzjonali għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 4. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għal ammonti addizzjonali magħmula disponibbli b’dan il-mod għall-FEK, l-ammonti mhux impenjati korrispondenti jistgħu, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lura għal kapitolu rispettiv wieħed jew aktar tal-Pjan jew is-suċċessuri tagħhom. L-infiq taħt ġestjoni kondiviża jeħtieġ li jitfassal, jiġi implimentat u mmonitorjat f’konformità mal-prinċipju tas-sħubija, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati bis-sħiħ ir-rwoli tal-Parlament bħala leġiżlatur, awtorità baġitarja u awtorità ta’ kwittanza. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5a | |
| Kompetittività madwar l-Ewropa | |
| 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura miżuri ta’ appoġġ għall-istart-ups, l-applikanti għall-ewwel darba u l-applikanti b’inqas esperjenza u l-applikanti mir-reġjuni anqas żviluppati sabiex tiżgura distribuzzjoni bilanċjata ta’ opportunitajiet mill-finanzjament tal-FEK. | |
| 2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa sistemi ta’ monitoraġġ robusti biex tittraċċa d-distribuzzjoni ġeografika tal-finanzjament madwar ir-reġjuni, inkluż il-ħolqien ta’ Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Indikaturi tal-Kompetittività Ewropea u Dashboard tal-FEK li jidentifikaw il-prestazzjoni tal-innovazzjoni u tal-kompetittività fir-reġjuni u fl-Istati Membri kollha. | |
| 3. Meta tiġi identifikata konċentrazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tattiva miżuri ta’ appoġġ xierqa. | |
| 4. Fejn ikun applikabbli, fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 15 għandhom jiġu stabbiliti kriterji tal-għoti, filwaqt li jitqiesu, sa fejn ikun possibbli, l-elementi li ġejjin: | |
| (a) valutazzjoni tar-riżultati mistennija tal-proposti u tal-impatt tagħhom fuq l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, b’attenzjoni partikolari għall-SMEs, l-istart-ups u r-reġjuni li għadhom lura fil-prestazzjoni tal-kompetittività u tal-innovazzjoni; | |
| (b) il-kapaċità li l-proposti jappoġġaw attivitajiet speċifiċi skont il-Kapitoli III, IV, V, VI u VII, it-Taqsimiet 1, 3 u 4, filwaqt li titqies in-natura tal-attivitajiet, filwaqt li jiġu żgurati l-kopertura pan-Unjoni u l-parteċipazzjoni tas-sħab mir-reġjuni periferiċi tal-Unjoni, b’mod partikolari mir-reġjuni inqas żviluppati, dawk li jinsabu fi tranżizzjoni, dawk insulari u dawk ultraperiferiċi; | |
| (c) fil-każ ta’ azzjonijiet kollaborattivi u konsorzji, il-parteċipazzjoni ta’ sħab minn reġjuni inqas żviluppati u li jinsabu fi tranżizzjoni, inklużi Stati Membri periferiċi, reġjuni insulari u ultraperiferiċi, u l-istabbiliment ta’ attivitajiet ta’ riċerka jew produzzjoni f’dawk ir-reġjuni, bil-ħsieb li jiġu promossi l-ktajjen tal-valur tal-Unjoni u jiġi żgurat impatt territorjali bbilanċjat tal-FEK; | |
| (d) il-kapaċità tal-proposta li xxerred it-teknoloġija u l-għarfien madwar l-Istati Membri. | |
| 5. Il-programm ta’ ħidma għandu jistabbilixxi regoli għat-trattament ta’ proposti ta’ mertu ugwali (ex aequo), inklużi fatturi ta’ ponderazzjoni relatati mad-diversità ġeografika u l-parteċipazzjoni ta’ sħab minn reġjuni ta’ innovazzjoni u kompetittività inqas żviluppati. Il-programmi ta’ ħidma jistgħu jinkludu sejħiet speċifiċi li jippermettu lill-applikanti għall-ewwel darba, lill-applikanti b’inqas esperjenza u lill-entitajiet minn reġjuni ta’ innovazzjoni u kompetittività inqas żviluppati jingħaqdu ma’ konsorzji eżistenti taħt il-Kapitoli IV sa VII, inkluża, fejn ikun xieraq, il-possibbiltà li jiżdiedu benefiċjarji addizzjonali matul l-implimentazzjoni tal-proġetti sabiex jissaħħu l-flessibbiltà, il-kapaċità ta’ rispons u l-impatt fl-Unjoni kollha. | |
| 6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri komplementari: | |
| (a) Assistenza teknika mmirata lejn l-applikanti għall-ewwel darba u b’anqas esperjenza li l-aċċess għaliha għandu jiġi ffaċilitat mill-punti ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 25a, il-paragrafu 7. | |
| (b) l-istabbiliment ta’ limiti indikattivi, ibbażati fuq kriterji oġġettivi u trasparenti, għall-allokazzjoni ta’ finanzjament lil applikanti għall-ewwel darba u b’inqas esperjenza taħt ċerti sejħiet jew strumenti tal-FEK; | |
| (c) appoġġ għall-integrazzjoni ta’ entitajiet minn Stati Membri differenti fil-ktajjen tal-valur tas-Suq Uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 16, inkluż billi tiġi promossa l-kompożizzjoni multinazzjonali tal-konsorzji u l-parteċipazzjoni tul il-katina tal-valur. | |
| 7. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 u 6 jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FEK. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1. Il-FEK għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi oħra tal-Unjoni. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni tal-Unjoni minn programm ieħor tista’ wkoll tirċievi kontribuzzjoni oħra taħt il-FEK. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti, jew inkella jista’ jiġi applikat sett uniku ta’ regoli għall-kontribuzzjonijiet kollha u jista’ jiġi konkluż impenn legali wieħed. Jekk il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun ibbażata fuq il-kostijiet eliġibbli, l-appoġġ kumulattiv mill-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ. | 1. Il-FEK għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi oħra tal-Unjoni. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni tal-Unjoni minn programm ieħor tista’ wkoll tirċievi kontribuzzjoni oħra taħt il-FEK, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti, jew inkella jista’ jiġi applikat sett uniku ta’ regoli għall-kontribuzzjonijiet kollha u jista’ jiġi konkluż impenn legali wieħed. Jekk il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun ibbażata fuq il-kostijiet eliġibbli, l-appoġġ kumulattiv mill-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-riskju, tiżgura li l-kontroverifiki mal-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-programmi disponibbli tal-Unjoni jitwettqu qabel l-iffirmar tal-impenn legali għall-azzjonijiet li jinvolvu l-akkumulazzjoni jew it-taħlit, u li jinżamm rekord tal-awditjar uniku fl-istrumenti kontribwenti kollha, inkluż meta jkunu involuti awtoritajiet tal-għoti differenti. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Il-proċeduri tal-għoti taħt il-FEK jistgħu jitwettqu b’mod konġunt taħt ġestjoni diretta jew indiretta mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mad-dipartimenti, mal-korpi u mal-aġenziji tagħhom, mal-pajjiżi terzi, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew ma’ partijiet terzi oħra, dment li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji kif ukoll tal-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni. Tali proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal sett uniku ta’ regoli u jwasslu għall-konklużjoni ta’ impenn legali uniku. Għal dak l-għan, is-sħab jistgħu jagħmlu r-riżorsi disponibbli għall-FEK f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, jew is-sħab jistgħu jiġu inkarigati bl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-għoti, fejn applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 62(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Fi proċeduri tal-għoti konġunt, ir-rappreżentanti tas-sħab għall-proċedura tal-għoti konġunt jistgħu jkunu wkoll membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. | 2. Il-proċeduri tal-għoti taħt il-FEK jistgħu jitwettqu b’mod konġunt taħt ġestjoni diretta jew indiretta mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mad-dipartimenti, mal-korpi u mal-aġenziji tagħhom, mal-pajjiżi terzi, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew ma’ partijiet terzi oħra, dment li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji kif ukoll tal-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni. Tali proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal sett uniku ta’ regoli u jwasslu għall-konklużjoni ta’ impenn legali uniku. Għal dak l-għan, is-sħab jistgħu jagħmlu r-riżorsi disponibbli għall-FEK f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, jew is-sħab jistgħu jiġu inkarigati bl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-għoti, fejn applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 62(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Fi proċeduri tal-għoti konġunt, ir-rappreżentanti tas-sħab għall-proċedura tal-għoti konġunt jistgħu jkunu wkoll membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Tali proċeduri ma jridux jinvolvu riskji tal-awditjar. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1) Il-Kummissjoni għandha tiżgura miżuri ta’ koordinazzjoni li jippermettu l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ finanzjament doppju u l-applikazzjoni konsistenti tal-istandards ta’ eliġibbiltà u kontroll fil-Programm kollu, inkluż billi tiffaċilita l-iskambju tad-data, soġġett għar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà. Fejn azzjoni tirċievi finanzjament ikkombinat jew kumulattiv mill-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjoni tiġi assenjata identifikatur uniku u li l-awtorità tal-għoti twettaq kontroverifiki ex ante u verifiki ex post ibbażati fuq ir-riskju biex tipprevjeni l-finanzjament doppju u biex tiżgura t-traċċabbiltà fil-programmi kollha. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2) Meta r-rappreżentanti tas-sħab jipparteċipaw fil-kumitati ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità tal-għoti għandha tiżgura ġestjoni dokumentata tal-kunflitti ta’ interess, inklużi dikjarazzjonijiet tal-interessi minn qabel, kontrolli bbażati fuq ir-riskju u, fejn xieraq, is-sostituzzjoni tal-membri. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Koordinazzjoni | Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3 a. Biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni b’mod effettiv, effiċjenti u fi żmien xieraq, tiġi stabbilita Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3 b. L-Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività għandha sservi bħala mekkaniżmu strutturat ta’ governanza u koordinazzjoni biex: | |
| (a) tallinja l-finanzjament fil-livell tal-Unjoni, ir-riformi nazzjonali, u l-isforzi ta’ investiment madwar l-objettivi kondiviżi tal-kompetittività; | |
| (b) tappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ perkorsi koordinati ta’ riforma u ta’ investiment marbuta mal-Fond Ewropew għall-Kompetittività, inklużi proġetti multinazzjonali u transfruntiera b’valur miżjud Ewropew. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3c. L-Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività għandha topera permezz ta’ ċiklu ta’ koordinazzjoni regolari, inklużi djalogi strateġiċi, valutazzjonijiet analitiċi, u rieżamijiet tal-implimentazzjoni, li jinvolvu lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-korpi rilevanti tal-Unjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3d. Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut mill-qrib fil-funzjonament tal-Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività. Għal dan l-għan: | |
| (a) ir-rappreżentanti maħtura mill-Parlament Ewropew għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat ta’ koordinazzjoni strateġika tal-Għodda; | |
| (b) il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet, l-attivitajiet u l-eżiti tal-Għodda, inkluż permezz ta’ djalogi strutturati mal-kumitati parlamentari kompetenti; | |
| (c) il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew rapporti analitiċi, valutazzjonijiet tal-implimentazzjoni, u kwalunkwe gwida strateġika prodotta fl-ambitu tal-Għodda, fi żmien xieraq. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3e. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza bejn l-implimentazzjoni tal-Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività u l-pożizzjonijiet, il-prijoritajiet u t-talbiet espressi mill-Parlament Ewropew skont il-paragrafu 7(a). Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma ssegwix, kompletament jew parzjalment, tali pożizzjonijiet, prijoritajiet, jew talbiet, hija għandha tiġġustifika kif xieraq id-deċiżjoni tagħha bil-miktub, u tinkludi spjegazzjoni tar-raġunijiet legali, ekonomiċi jew operazzjonali għad-diverġenza. Tali ġustifikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew fil-kuntest tad-djalogi strutturati msemmija fil-paragrafu 7(c) u għandha tiġi riflessa fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 9. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3f. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività, u tinkludi l-kontribut tagħha għall-koerenza tal-politiki, għall-effettività tal-investimenti u għall-ilħuq tal-objettivi tal-kompetittività tal-Unjoni, u dwar kif tqiesu l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3g. Il-modalitajiet dettaljati għall-organizzazzjoni u għat-tħaddim tal-Għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività, inklużi l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-arranġamenti ta’ trasparenza, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3h. Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Kompetittività fl-Ewropa kollha għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (ka), u l-Artikolu 5a. Dan il-Kumitat għandu jlaqqa’ flimkien rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea u għandu jivvaluta regolarment humiex jiġu ssodisfati l-objettivi u l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (ka), u fl-Artikolu 5a. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) jiżguraw bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-FEK; | (a) jiżguraw bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-FEK, inklużi dispożizzjonijiet adegwati għall-awditjar, il-kontroll u l-kooperazzjoni kontra l-frodi; |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (d) għandhom jiggarantixxu d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tħares l-interessi finanzjarji tagħha; | (d) għandhom jiggarantixxu d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tħares l-interessi finanzjarji tagħha permezz ta’ rekwiżiti sodi ta’ trasparenza u rapportar. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3. Għall-finijiet tal-punt (d), il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa skont ir-Regolamenti (UE, Euratom) 2024/2509 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, u jiggarantixxi li d-deċiżjonijiet ta’ infurzar li jimponu obbligu pekunjarju abbażi tal-Artikolu 299 TFUE, kif ukoll is-sentenzi u l-ordnijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ikunu eżegwibbli, u jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali applikabbli jew regoli applikabbli oħra. | 3. Għall-finijiet tal-punt (d), il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa skont ir-Regolamenti (UE, Euratom) 2024/2509 u (UE, Euratom) Nru 883/2013 lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inkluż l-aċċess għal informazzjoni klassifikata meħtieġa għat-twettiq tal-mandati rispettivi tagħhom, u jiggarantixxi li d-deċiżjonijiet ta’ infurzar li jimponu obbligu pekunjarju abbażi tal-Artikolu 299 TFUE, kif ukoll is-sentenzi u l-ordnijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ikunu eżegwibbli, u jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali applikabbli jew regoli applikabbli oħra. Meta pajjiż mhux tal-UE jipparteċipa fil-programm skont ftehim internazzjonali, huwa jeħtieġlu jagħti drittijiet tal-awditjar u aċċess lill-QEA, lill-UPPE u lill-OLAF. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Il-FEK għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, taħt ġestjoni diretta jew taħt ġestjoni indiretta mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 62(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament. | 2. Il-FEK għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, b’ġestjoni diretta jew b’ġestjoni indiretta mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 62(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament filwaqt li jissalvagwardja bis-sħiħ ir-rwoli tal-Parlament bħala awtorità baġitarja u ta’ kwittanza. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-riċevituri finali tal-finanzjament tal-Unjoni fl-ambitu tal-FEK, inkluża s-sjieda benefiċjarja fejn applikabbli, tiġi ppubblikata f’format li jkun jista’ jiġi mfittex u li jinqara mill-magni, filwaqt li jiġu rrispettati r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Barra minn hekk u lil hinn mill-indikaturi stabbiliti fir-Regolament (UE) [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni], il-Kummissjoni għandha timplimenta l-FEK abbażi ta’ analiżi regolari tal-implimentazzjoni tal-programmi, tax-xejriet tal-parteċipazzjoni u tal-ostakli għall-aċċess, inklużi d-data rilevanti dwar il-ġestjoni tal-programm u l-analitika tan-networks. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri preventivi u korrettivi biex tiżgura parteċipazzjoni wiesgħa, tevita konċentrazzjonijiet mhux iġġustifikati u tikseb impatt wiesa’ fuq l-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari: | |
| (a) tappoġġa l-integrazzjoni ta’ entitajiet minn Stati Membri differenti fil-ktajjen tal-valur tas-Suq Uniku, inkluż billi tiġi promossa l-kompożizzjoni multinazzjonali tal-konsorzji jew fil-katina tal-valur; | |
| (b) toħloq tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi ġeografiċi għall-proġetti ffinanzjati mill-FEK, li għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi regolarment lill-Istati Membri fit-tfassil u fil-monitoraġġ ta’ dawk il-miżuri. | |
| Il-Kummissjoni għandha tinvolvi regolarment lill-Istati Membri fit-tfassil u fil-monitoraġġ ta’ dawk il-miżuri. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5. F’ċerti ċirkostanzi debitament sostanzjati, il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jingħata mingħajr sejħa għal proposti f’konformità mal-Artikolu 198 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, inkluż mal-punt (e). | 5. F’ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament sostanzjati, il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jingħata mingħajr sejħa għal proposti f’konformità mal-Artikolu 198 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, inkluż mal-punt (e). Meta tintuża din il-possibbiltà, il-programm ta’ ħidma jew id-dokumentazzjoni tal-għoti għandu jkun fihom ġustifikazzjoni speċifika li tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi debitament sostanzjati, u għandhom jispeċifikaw is-salvagwardji applikati biex jiġu żgurati t-trasparenza, it-trattament ugwali u n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu tal-paragrafu 5 f’konformità mal-Artikolu 84b ta’ dan ir-Regolament. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 8. Meta l-finanzjament tal-Unjoni jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotja, inkluż meta kkombinat f’operazzjonijiet ta’ taħlit ma’ forom oħra ta’ appoġġ ripagabbli mhux appoġġat mill-baġit tal-Unjoni, il-finanzjament għandu jiġi pprovdut f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u fil-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu 125(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, jew għażliet ta’ kostijiet simplifikati, fejn meħtieġ. Il-finanzjament jista’ jiġi pprovdut ukoll fil-forma ta’ rimborż tal-kost reali eliġibbli meta l-objettivi ta’ azzjoni ma jkunux jistgħu jintlaħqu mod ieħor jew meta din il-formola tkun meħtieġa biex tippermetti sorsi oħra ta’ finanzjament, inkluż finanzjament mill-Istati Membri. | 8. Meta l-finanzjament tal-Unjoni jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotja, inkluż meta dan ikun ikkombinat f’operazzjonijiet ta’ taħlit ma’ forom oħra ta’ appoġġ ripagabbli mhux iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni, tali finanzjament għandu jingħata u jiġi implimentat f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Meta jkun debitament ġustifikat fil-programm ta’ ħidma jew fid-dokumentazzjoni tal-għoti, l-appoġġ tal-Unjoni pprovdut lil benefiċjarju fl-ambitu tal-FEK għandu jieħu waħda mill-forom li ġejjin: |
| (a) finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, dment li l-kost totali stmat tal-azzjoni ma jaqbiżx EUR [XXX] (ammont inqas mill-ammont f’(b) hawn taħt) | |
| (b) għażliet ta’ kostijiet simplifikati, inklużi kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew finanzjament b’rata fissa, dment li l-kost totali stmat tal-azzjoni ma jaqbiżx EUR [XXX] (ammont aktar mill-ammont fil-punt (a) hawn fuq). Dawn il-limiti jistgħu jiġu adattati aktar f’dan ir-Regolament abbażi tad-daqsijiet tal-proġetti tas-sezzjonijiet differenti ta’ politika. Meta l-kost totali stmat ta’ azzjoni jaqbeż il-limitu msemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu hawn fuq, l-appoġġ tal-Unjoni għandu jiġi pprovdut fil-forma ta’ rimborż tal-kostijiet reali eliġibbli. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 8a. Kundizzjonijiet għall-użu ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet u għażliet ta’ kostijiet simplifikati | |
| 1. L-użu ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jew għażliet ta’ kostijiet simplifikati għandu jkun soġġett għal ġustifikazzjoni minn qabel fil-programm ta’ ħidma jew fid-dokumentazzjoni tal-għoti. Tali ġustifikazzjoni għandha turi l-adegwatezza tal-forma magħżula ta’ finanzjament. | |
| 2. Il-programm ta’ ħidma għandu jiddefinixxi kundizzjonijiet oġġettivi, miżurabbli u verifikabbli għall-pagament, inkluża l-evidenza meħtieġa biex tintwera l-kisba ta’ outputs, riżultati jew stadji importanti. | |
| 3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika: | |
| (a) il-metodoloġija biex jiġi ddeterminat kemm se jkun l-appoġġ tal-Unjoni; | |
| (b) l-istadji importanti, il-miri jew kundizzjonijiet oħra oġġettivament verifikabbli li jiskattaw il-pagament, inkluża l-korrelazzjoni bejn l-istadji importanti, il-miri u l-kundizzjonijiet rilevanti u l-finanzjament riċevut; | |
| (c) il-proċedura għall-verifika tat-twettiq tagħhom, inkluż, fejn xieraq, verifika indipendenti; | |
| (d) il-konsegwenzi ta’ twettiq parzjali jew nuqqas ta’ twettiq, inkluż tnaqqis proporzjonat tal-għotja u rkupri, fejn applikabbli. | |
| (e) l-obbligu ta’ rapportar dwar il-kostijiet unitarji jew totali, kif rilevanti, tal-attivitajiet appoġġati meta jiġi applikat finanzjament mhux marbut mal-kostijiet; | |
| (f) l-obbligu li l-awtorità tal-għoti tiġi infurmata b’varjazzjonijiet akbar minn 10 % bejn l-ammont mogħti u l-ammont stmat tan-nefqa mġarrba fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni; varjazzjonijiet bħal dawn għandhom, fejn xieraq, iwasslu għall-irkupru tal-ammonti li jaqbżu l-10 % tad-differenza msemmija hawn fuq jew għal rivalutazzjoni tal-istadji importanti u l-miri miftiehma qabel. | |
| 4. L-użu ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet u għażliet ta’ kostijiet simplifikati oħra ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti dwar l-esklużjoni, il-kunflitti ta’ interess, l-evitar ta’ finanzjament doppju, jew id-drittijiet ta’ awditjar u ta’ investigazzjoni tal-OLAF, tal-QEA u tal-UPPE. | |
| 5. Abbażi tal-informazzjoni miġbura taħt il-punt 3(e), il-Kummissjoni għandha toħloq Għodda ta’ Valutazzjoni Komparattiva li għandha tiġbor u tqabbel il-kostijiet unitarji tal-istadji importanti u tal-miri. Din l-informazzjoni għandha tikkontribwixxi għat-tfassil tal-programmi ta’ ħidma. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9. F’konformità mal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, għal azzjonijiet li jimplimentaw attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jista’ jkun kompost parzjalment jew kompletament minn esperti esterni indipendenti. | 9. F’konformità mal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, għal azzjonijiet li jimplimentaw attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jista’ jkun kompost parzjalment jew kompletament minn esperti esterni indipendenti. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tiżgura d-diversità ġeografika fil-kompożizzjoni tal-kumitati ta’ evalwazzjoni u tal-bordijiet ta’ esperti indipendenti stabbiliti skont dan ir-Regolament. Meta jintużaw esperti esterni, l-awtorità tal-għoti għandha tiżgura ġestjoni dokumentata tal-kunflitti ta’ interess, trasparenza tal-għażla tal-esperti u livell xieraq ta’ indipendenza u għarfien espert proporzjonat għar-riskju u d-daqs tal-azzjoni. L-awtorità tal-għoti għandha twettaq kontrolli regolari bbażati fuq ir-riskju biex tivverifika l-konformità mal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta’ interess ippreżentata minn esperti esterni. B’rispett sħiħ għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-ismijiet tal-esperti esterni indipendenti għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità ta’ kwittanza fuq talba. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 12. Minbarra r-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 132 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-proċeduri tal-għoti u l-impenji legali li jirriżultaw għandhom jippermettu t-terminazzjoni meta l-objettivi tal-azzjoni x’aktarx mhux se jinkisbu affattu jew fi skedi ta’ żmien stabbiliti, jew l-azzjoni tkun tilfet ir-rilevanza politika tagħha | 12. Minbarra r-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 132 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-proċeduri tal-għoti u l-impenji legali li jirriżultaw għandhom jippermettu t-terminazzjoni meta l-objettivi tal-azzjoni x’aktarx mhux se jinkisbu affattu jew fi skedi ta’ żmien stabbiliti, jew meta l-azzjoni tkun tilfet ir-rilevanza politika tagħha |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 12a. Skrinjar tal-integrità u diliġenza dovuta | |
| 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-appoġġ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ma jingħatax lil persuni jew entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, jew għall-benefiċċju ta’ tali persuni jew entitajiet, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra meta l-għoti ta’ appoġġ tal-Unjoni jkun ipprojbit skont id-dritt applikabbli tal-Unjoni. | |
| 2. L-applikanti, il-benefiċjarji, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi, is-sħab ta’ implimentazzjoni, l-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali għandhom jipprovdu, fuq talba u f’konformità mad-dritt applikabbli, informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u l-istruttura ta’ kontroll tagħhom, inkluż bidliet li jseħħu matul l-implimentazzjoni, għall-fini tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. | |
| 3. Is-sħab ta’ implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji għandhom japplikaw diliġenza dovuta proporzjonata kontra l-ħasil tal-flus, l-finanzjament tat-terroriżmu u l-evitar tat-taxxa f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli u għandhom jinkludu, fil-proċeduri tagħhom, kontrolli għall-appoġġ tal-Unjoni ġestit minnhom skont dan ir-Regolament. | |
| 4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-impenji u l-ftehimiet legali jipprevedu t-terminazzjoni, is-sospensjoni, it-tnaqqis u l-irkupru meta jinkisru l-paragrafi 1 sa 3, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4. L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni klassifikata, meħtieġa għall-fini tat-twettiq tal-proċeduri tal-għoti, l-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni, inklużi r-rapportar u l-pagamenti, kif ukoll il-kontrolli, ir-rieżamijiet, l-awditi u l-investigazzjonijiet. | 4. L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-baġit tal-Unjoni għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni klassifikata, meħtieġa għall-fini tat-twettiq tal-proċeduri tal-għoti, l-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni, ir-rapportar u l-pagamenti, u għall-kontroll baġitarju u kontrolli oħra, ir-rieżamijiet, l-awditi u l-investigazzjonijiet, inkluż mill-Kummissjoni, mill-Parlament Ewropew, mill-OLAF, mill-UPPE u mill-QEA, fl-eżerċitar tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, f’konformità mar-regoli applikabbli dwar is-sigurtà. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-arranġamenti prattiċi għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata għal finijiet ta’ awditjar u ta’ investigazzjoni jiġu stabbiliti u implimentati fil-ħin, inklużi modalitajiet ta’ aċċess siguri u proċeduri ta’ trattament xierqa, sabiex jiġi evitat li jiġu limitati l-iskrutinju u l-awditjar effettivi. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5b. In-nefqa teknika u amministrattiva skont l-Artikolu 5 m’għandhiex tikber b’mod sproporzjonat għall-baġit operazzjonali tal-Fond. Il-Kummissjoni għandha turi li l-gwadanji fl-effiċjenza mis-simplifikazzjoni u mid-diġitalizzazzjoni rriżultaw fi tnaqqis fil-kostijiet li jista’ jitkejjel meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, u għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’diżaggregazzjoni annwali ta’ tali nefqa, li tiddistingwi mill-inqas bejn (a) ir-rapportar dwar il-monitoraġġ u l-prestazzjoni, (b) il-kontroll u l-awditjar, (c) is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u (d) l-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Il-membri tal-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara sejħa miftuħa għal nomini jew għal espressjonijiet ta’ interess, jew it-tnejn, skont liema l-Kummissjoni ssib li huwa aktar xieraq, u filwaqt li titqies il-ħtieġa għal bilanċ fis-settur, fit-tip ta’ organizzazzjoni, inklużi investituri privati, u fid-daqs, fl-għarfien espert, fil-ġeneru, fl-età u fid-distribuzzjoni ġeografika. It-terminu tal-membri tal-Bord għandu jkun limitat għal erba’ snin, u jkun jista’ jiġġedded darba. Il-membri tal-Bord jenħtieġ li jaġixxu b’integrità u onesta. | 2. Il-membri tal-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara sejħa miftuħa għal nomini jew għal espressjonijiet ta’ interess, jew it-tnejn li huma, skont liema minnhom il-Kummissjoni ssib l-aktar xierqa, u filwaqt li titqies il-ħtieġa għal bilanċ fil-parteċipanti mis-settur pubbliku u privat, fis-settur, fit-tip ta’ organizzazzjoni, inklużi r-riċerkaturi u l-akkademiċi, l-atturi reġjonali, l-investituri privati, u fid-daqs, inklużi l-SMEs, fl-għarfien espert, fil-ġeneru, fl-età u fid-distribuzzjoni ġeografika, u kriterji adegwati oħra biex tiġi żgurata r-rappreżentazzjoni ġusta tal-partijiet ikkonċernati kollha. It-terminu tal-membri tal-Bord għandu jkun limitat għal sentejn, u jkun jista’ jiġġedded darbtejn. Il-membri tal-Bord għandhom jaġixxu b’integrità u onestà, u juru n-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess, kemm fil-livell personali kif ukoll f’dak professjonali, billi jipprovdu dikjarazzjoni annwali tal-assi, iwettqu dmirijiethom b’mod imparzjali u fl-interess uniku tal-FEK u ma jfittxux jew jieħdu istruzzjonijiet mingħand l-ebda korp pubbliku jew privat. Huma għandhom ikunu remunerati mill-Unjoni. Il-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu u għandu jkun assistit minn segretarjat, li jkollu s-sede amministrattiva tiegħu fil-Kummissjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-għażla u l-kompożizzjoni, ir-remunerazzjoni, ir-regoli tal-proċedura, il-kunflitti ta’ interess u l-kunfidenzjalità għall-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu marbuta b’dawn it-termini. | 3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-għażla u l-kompożizzjoni, ir-remunerazzjoni, ir-regoli tal-proċedura, il-kunflitti ta’ interess u l-kunfidenzjalità għall-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu marbuta b’dawn it-termini. Il-membri tal-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati tal-FEK għandhom jiddikjaraw kwalunkwe interess finanzjarju u kunflitt ta’ interess potenzjali relatat mal-attivitajiet iffinanzjati mill-Fond. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6. Il-kompożizzjoni tal-Kumitat tal-Investiment għandha tiżgura li jkollu għarfien wiesa’ tas-setturi koperti mill-FEK u għarfien wiesa’ tas-swieq ġeografiċi fl-Unjoni, u għandu jiżgura li l-Kumitat tal-Investiment b’mod ġenerali jkun ibbilanċjat bejn il-ġeneri. | 6. Il-kompożizzjoni tal-Kumitat tal-Investiment għandha tiżgura li jkollu għarfien wiesa’ tas-setturi koperti mill-FEK u għarfien wiesa’ tas-swieq ġeografiċi fl-Unjoni, u għandu jiżgura li l-Kumitat tal-Investiment jkun kollu kemm hu bbilanċjat bejn il-ġeneri u ġeografikament |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 8. Il-Bord Konsultattiv għall-Istrument InvestEU tal-FEK għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull sieħeb ta’ implimentazzjoni u rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru. Il-Bord Konsultattiv għall-Istrument InvestEU tal-FEK għandu jipprovdi pariri dwar it-tfassil tal-prodotti finanzjarji u dwar id-direzzjoni strateġika u operazzjonali fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu. Dan għandu jipprovdi wkoll pariri dwar il-koordinazzjoni mal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC, European Innovation Council) biex tiġi żgurata l-komplementarjetà ma’ finanzjament ieħor tal-Unjoni jew ma’ investimenti privati. Il-Bord Konsultattiv għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. | imħassar |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-għażla u l-kompożizzjoni, ir-remunerazzjoni, ir-regoli tal-proċedura, il-kunflitti ta’ interess u l-kunfidenzjalità għall-Kumitat tal-Investiment u għall-Bord Konsultattiv għall-Istrument InvestEU tal-FEK. | 9. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-għażla u l-kompożizzjoni, ir-remunerazzjoni, ir-regoli tal-proċedura, il-kunflitti ta’ interess u l-kunfidenzjalità għall-Kumitat tal-Investiment. Il-membri tal-Kumitat tal-Investiment għandhom ikunu marbuta b’dawn ir-regoli. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10. Il-Kummissjoni u s-Sħab ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu Djalogi ta’ Reviżjoni tal-Politika regolari biex jiddiskutu l-progress fl-implimentazzjoni tal-prodotti finanzjarji u jinvolvu ruħhom fl-iżviluppi ta’ politika rilevanti. | 10. Il-Kummissjoni u s-Sħab ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu Djalogi ta’ Reviżjoni tal-Politika regolari biex jiddiskutu l-progress fl-implimentazzjoni tal-prodotti finanzjarji u jinvolvu ruħhom fl-iżviluppi ta’ politika rilevanti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu mistednin jipparteċipaw f’dawn id-djalogi. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 11. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati fl-iżvilupp tal-programmi ta’ ħidma, bil-ħolqien ta’ pjattaforma tematika waħda jew aktar għal kull tieqa. | 11. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati fl-iżvilupp tal-programmi ta’ ħidma, bil-ħolqien ta’ pjattaforma tematika waħda jew aktar għal kull tieqa u formats speċifiċi bħall-Istrument InvestEU tal-FEK. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 11a. Il-Kummissjoni għandha tiċċara l-arranġamenti applikabbli ta’ governanza u obbligu ta’ rendikont, u l-interazzjoni mal-Bordijiet stabbiliti fl-Artikoli 41 u 56. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika qafas ta’ governanza u ta’ obbligu ta’ rendikont li jiddeskrivi r-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-interazzjonijiet rispettivi tal-korpi stabbiliti skont dan ir-Regolament, kif ukoll l-involviment tal-Istati Membri, inkluż il-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati, il-Bord Konsultattiv tal-Ispazju u d-Difiża u l-Bord Konsultattiv Industrijali għad-Difiża, u għandha tirrapporta kull sena dwar l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-Artikolu 84b ta’ dan ir-Regolament. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ha) il-qafas ta’ prestazzjoni għall-azzjonijiet jew gruppi ta’ azzjonijiet maġġuri, inklużi l-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt, il-linji bażi u l-miri, f’koerenza mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni]. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (hb) mira indikattiva għas-sehem tal-finanzjament li għandu jiġi allokat lil entitajiet stabbiliti f’reġjuni inqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni, flimkien ma’ miżuri li jippromwovu l-parteċipazzjoni ta’ tali entitajiet, inklużi attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, proċeduri ta’ applikazzjoni simplifikati għal azzjonijiet fuq skala iżgħar, u sħubijiet ma’ ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punti (a), (b), (c) u (d) u għall-attivitajiet orizzontali fil-Kapitolu III. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 83(2). | 3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta l-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punti (a), (b), (c) u (d) u għall-attivitajiet orizzontali fil-Kapitolu III. Fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-involviment xieraq tal-Istati Membri u tqis il-kontribut tal-bordijiet konsultattivi msemmija fl-Artikolu 14(2) u, fejn rilevanti, il-pjattaformi tematiċi msemmija fl-Artikolu 14(11), bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni u tipprevjeni l-finanzjament doppju. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 84. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-integrazzjoni pan-Ewropea tal-ktajjen tal-valur, inkluż billi tippromwovi l-kompożizzjoni ġeografikament diversa tal-konsorzji. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1. B’deroga mill-Artikolu 196(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu, fejn meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ manifattura essenzjali biex jappoġġaw l-objettiv ta’ reżiljenza ġenerali kif indikat fl-Artikolu 3(1), jew l-attivitajiet meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà, ir-reżiljenza jew il-kontinwità tas-servizz biex jappoġġaw l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt (d), ikopru azzjonijiet li bdew qabel id-data tas-sottomissjoni ta’ dawk l-azzjonijiet. | 1. B’deroga mill-Artikolu 196(2) tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) 2024/2509, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu, fejn meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ manifattura essenzjali biex jappoġġaw l-objettiv ta’ reżiljenza ġenerali kif indikat fl-Artikolu 3(1), jew l-attivitajiet meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà, ir-reżiljenza jew il-kontinwità tas-servizz biex jappoġġaw l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt (d), ikopru azzjonijiet li bdew qabel id-data tas-sottomissjoni ta’ dawk l-azzjonijiet, biss fejn dan ikun debitament ġustifikat, u dment li: (a) l-azzjoni ma setgħetx tiġi implimentata b’mod effettiv mingħajr tali kontribuzzjoni finanzjarja u l-appoġġ tal-Unjoni juri addizzjonalità; (b) il-perjodu eliġibbli qabel is-sottomissjoni jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ u jkun speċifikat fil-programm ta’ ħidma jew fid-dokumentazzjoni tal-għoti; u (c) l-appoġġ tal-Unjoni ma jiffinanzjax kostijiet diġà ffinanzjati minn sorsi pubbliċi oħra. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Bi qbil mal-prinċipju tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena, f’konformità mal-Artikolu 84b ta’ dan ir-Regolament, dwar l-użu ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-għadd ta’ azzjonijiet ikkonċernati, l-ammonti impenjati u mħallsa u l-kategoriji ta’ ġustifikazzjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-appoġġ skont dan l-Artikolu jiġi implimentat b’mod li jirrispetta t-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni fost l-entitajiet tal-UE minn Stati Membri individwali, u li jimminimizza d-distorsjonijiet tas-suq, inkluż permezz ta’ kriterji tal-għażla trasparenti u salvagwardji xierqa kontra l-finanzjament doppju. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) il-programm ta’ ħidma huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskju dokumentata u jispeċifika salvagwardji xierqa u limiti kwantitattivi applikabbli għall-użu tal-miżuri previsti f’dan l-Artikolu, inkluż kwalunkwe ammont jew sehem massimu tal-allokazzjoni annwali li jista’ jiġi implimentat skont dan l-Artikolu. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2) jiġi stabbilit ammont sa liema jistgħu jiġu identifikati u mistiedna l-proposti li jkunu ngħataw siġill imsemmi fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament iżda li ma jkunux irċevew finanzjament mill-Unjoni minħabba nuqqas ta’ baġit. L-applikanti jistgħu jiġu mistiedna jissottomettu mill-ġdid il-proposta tagħhom mingħajr sejħa; meta l-proposta tiġi sottomessa mill-ġdid mingħajr tibdil sostanzjali, l-awtorità tal-għoti tista’ tiddeċiedi li tiddependi bis-sħiħ fuq l-evalwazzjoni pożittiva minn qabel u fuq kwalunkwe kontroll imwettaq qabel u fuq id-dokumenti ta’ sostenn sottomessi; ir-raġunijiet għall-għoti tal-azzjoni individwali għandhom jiġu ssostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni tal-għoti u l-lista ta’ azzjonijiet għandha tiġi ppubblikata fir-Rapport Annwali tal-Attività msemmi fl-Artikolu 74(9) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509; jew, | (2) jiġi stabbilit ammont sa liema jistgħu jiġu identifikati u mistiedna l-proposti li jkunu ngħataw siġill imsemmi fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament iżda li ma jkunux irċevew finanzjament mill-Unjoni minħabba nuqqas ta’ baġit. L-applikanti jistgħu jiġu mistiedna jissottomettu mill-ġdid il-proposta tagħhom mingħajr sejħa; meta l-proposta tiġi sottomessa mill-ġdid mingħajr tibdil sostanzjali, l-awtorità tal-għoti tista’ tiddeċiedi li tiddependi bis-sħiħ fuq l-evalwazzjoni pożittiva minn qabel u fuq kwalunkwe kontroll imwettaq qabel u fuq id-dokumenti ta’ sostenn sottomessi; ir-raġunijiet għall-għoti tal-azzjoni individwali għandhom jiġu ssostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni tal-għoti u l-lista ta’ azzjonijiet għandha tiġi ppubblikata fir-Rapport Annwali tal-Attività msemmi fl-Artikolu 74(9) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 84(b) ta’ dan ir-Regolament. Meta l-awtorità tal-għoti tiddependi fuq evalwazzjoni preċedenti jew fuq kontrolli mwettqa preċedentement, hija għandha tivverifika u tiddokumenta li l-ambitu u l-kundizzjonijiet tal-azzjoni jibqgħu simili u li l-verifiki tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-kunflitt ta’ interess, inklużi l-verifiki dwar is-sidien benefiċjarji fejn applikabbli, ikunu ġew aġġornati qabel l-iffirmar; |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3) jiġu speċifikati azzjoni u benefiċjarji, jew qasam ta’ politika u kategoriji ta’ benefiċjarji, u jiġi stabbilit ammont sa liema l-proposti jistgħu jiġu mistiedna għal estensjoni ta’ azzjonijiet taħt il-FEK jew programmi oħra tal-Unjoni, sabiex ikomplu jew iżidu attivitajiet jew entitajiet addizzjonali, u/jew biex ikomplu jiżviluppaw ir-riżultati; meta l-azzjonijiet u l-benefiċjarji ma jkunux identifikati individwalment fil-programm ta’ ħidma, ir-raġunijiet għall-għoti tal-azzjoni individwali għandhom jiġu sostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni tal-għoti u l-lista ta’ azzjonijiet għandha tiġi ppubblikata fir-Rapport Annwali tal-Attività msemmi fl-Artikolu 74(9) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. L-għoti jista’ jieħu l-forma ta’ emenda tal-azzjoni oriġinali billi jiżdiedu attivitajiet ġodda u tiżdied il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni. | (3) jiġu speċifikati azzjoni u benefiċjarji, jew qasam ta’ politika u kategoriji ta’ benefiċjarji, u jiġi stabbilit ammont sa liema l-proposti jistgħu jiġu mistiedna għal estensjoni ta’ azzjonijiet taħt il-FEK jew programmi oħra tal-Unjoni, sabiex ikomplu jew iżidu attivitajiet jew entitajiet addizzjonali, u/jew biex ikomplu jiżviluppaw ir-riżultati; meta l-azzjonijiet u l-benefiċjarji ma jkunux identifikati individwalment fil-programm ta’ ħidma, ir-raġunijiet għall-għoti tal-azzjoni individwali għandhom jiġu sostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni tal-għoti u l-lista ta’ azzjonijiet għandha tiġi ppubblikata fir-Rapport Annwali tal-Attività msemmi fl-Artikolu 74(9) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 84(b) ta’ dan ir-Regolament. L-għoti jista’ jieħu l-forma ta’ emenda tal-azzjoni oriġinali billi jiżdiedu attivitajiet ġodda u tiżdied il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1) jiġu limitati r-rekwiżiti għad-deċiżjoni tal-għoti u l-iffirmar tal-impenji legali għall-evalwazzjoni preliminari tal-kriterji tal-għoti u ta’ esklużjoni; id-deċiżjoni tal-għoti għandha tittieħed biss abbażi ta’ awtodikjarazzjoni tal-applikanti u tal-offerenti dwar il-kriterji tal-għażla u tal-eliġibbiltà mingħajr talba għal dokumenti ta’ sostenn korrispondenti matul il-preevalwazzjoni; l-evalwazzjoni finali, inkluż għall-kriterji tal-għażla u tal-eliġibbiltà, u t-talbiet għal kwalunkwe dokument ta’ sostenn rilevanti għandhom jitwettqu fi żmien tliet xhur mill-iffirmar tal-impenn legali; kif ukoll, | (1) jiġu limitati r-rekwiżiti għad-deċiżjoni tal-għoti u l-iffirmar tal-impenji legali għall-evalwazzjoni preliminari tal-kriterji tal-għoti u ta’ esklużjoni, inklużi kontrolli li ma jistgħux jiġu differiti, b’mod partikolari l-kunflitti ta’ interess bl-użu tas-sistemi disponibbli tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509; id-deċiżjoni tal-għoti għandha tittieħed biss abbażi ta’ awtodikjarazzjoni tal-applikanti u tal-offerenti dwar il-kriterji tal-għażla u tal-eliġibbiltà mingħajr talba għal dokumenti ta’ sostenn korrispondenti matul il-preevalwazzjoni; l-evalwazzjoni finali, inkluż għall-kriterji tal-għażla u tal-eliġibbiltà, u t-talbiet għal kwalunkwe dokument ta’ sostenn rilevanti għandhom jitwettqu fi żmien tliet xhur mill-iffirmar tal-impenn legali; ma għandu jsir l-ebda pagament qabel ma l-awtorità tal-għoti jew l-awtorità kontraenti tkun ivverifikat il-konformità mal-kriterji ta’ esklużjoni u r-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess u tkun kisbet l-evidenza ta’ sostenn minima meħtieġa biex jittaffew ir-riskji ta’ frodi, l-irregolaritajiet u l-finanzjament doppju; kif ukoll, |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (c) B’deroga mill-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, il-programm ta’ ħidma jista’ jispeċifika li proċedura tal-għoti tieħu l-forma ta’ intervent inċentivanti biex tkun tista’ ssir rinunzja temporanja u kundizzjonali tal-konformità ma’ parti speċifika tal-kriterji ta’ eliġibbiltà matul il-proċedura tal-għoti u partijiet mill-implimentazzjoni tal-azzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-post tal-istabbiliment; minflok, il-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà rrinunzjati temporanjament għandha tinkiseb u tiġi evalwata matul l-implimentazzjoni tal-azzjoni f’perjodu ta’ żmien speċifikat fl-impenn legali. Jekk il-kriterji ta’ eliġibbiltà rrinunzjati temporanjament ma jiġux issodisfati fid-data speċifikata, l-azzjoni għandha titqies ineliġibbli fl-intier tagħha u kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni għandu jiġi rkuprat kompletament; għall-interventi inċentivanti ma għandu jitħallas l-ebda prefinanzjament. | (c) B’deroga mill-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, il-programm ta’ ħidma jista’ jispeċifika li proċedura tal-għoti tieħu l-forma ta’ intervent inċentivanti biex tkun tista’ ssir rinunzja temporanja u kundizzjonali tal-konformità ma’ parti speċifika tal-kriterji ta’ eliġibbiltà matul il-proċedura tal-għoti u partijiet mill-implimentazzjoni tal-azzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-post tal-istabbiliment; minflok, il-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà rrinunzjati temporanjament għandha tinkiseb u tiġi evalwata matul l-implimentazzjoni tal-azzjoni f’perjodu ta’ żmien speċifikat fl-impenn legali. Il-pagamenti għandhom isiru biss ladarba l-awtorità tal-għoti tkun ivverifikat il-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà rilevanti. Jekk il-kriterji ta’ eliġibbiltà rrinunzjati temporanjament ma jiġux issodisfati fid-data speċifikata, l-azzjoni għandha titqies ineliġibbli fl-intier tagħha u kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni għandu jiġi rkuprat kompletament; ma għandu jsir l-ebda pagament ta’ prefinanzjament jew interim qabel ma l-awtorità tal-għoti tkun ivverifikat il-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà li l-applikazzjoni tagħhom tkun ġiet differita; l-impenn legali għandu jinkludi l-verifika bħala kundizzjoni li tippreċedi kwalunkwe pagament. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) L-awtorità tal-għoti għandha, qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni tal-għoti skont il-paragrafu 2, twettaq u tiddokumenta valutazzjoni tar-riskju speċifika li tkopri l-frodi, il-kunflitti ta’ interess, l-irregolaritajiet, il-finanzjament doppju u l-kumpens żejjed, u għandha tistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll ta’ mitigazzjoni li għandhom jiġu applikati, inkluż l-użu ta’ għodod diġitali għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Meta jiġu applikati waħda jew aktar mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità tal-għoti jew l-awtorità kontraenti għandha tiżgura li d-deċiżjoni tal-għoti tkun ibbażata fuq evalwazzjoni dokumentata li tkun proporzjonata għar-riskji tal-azzjoni u li tiżgura rekord tal-awditjar komplut. Għal dak il-fini: (a) għandu jiġi stabbilit kumitat ta’ evalwazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u dan għandu jipproduċi rapport ta’ evalwazzjoni; (b) meta l-evalwazzjoni tkun teħtieġ għarfien espert speċifiku tekniku, finanzjarju jew relatat mas-sigurtà, jew meta l-ammont u n-natura tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni jkunu jiġġustifikaw dan, il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jkun assistit minn esperti esterni indipendenti jew ikun magħmul parzjalment jew kompletament minn tali esperti f’konformità mal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509; (c) il-membri kollha tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u kwalunkwe espert estern għandhom jiffirmaw dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess u kunfidenzjalità; (d) ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jinkludi taqsima speċifika li tiddeskrivi: (i) liema miżura jew miżuri skont il-paragrafu 2 ġew applikati; (ii) ir-raġunijiet għaliex il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ġew issodisfati; u (iii) ir-riskji ewlenin identifikati u l-kontrolli ta’ mitigazzjoni stabbiliti, inkluża kwalunkwe verifika ex post; (e) fil-każ ta’ interventi aċċellerati skont il-paragrafu 2, il-punt (b), l-evalwazzjoni finali msemmija fil-punt (b)(1) għandha titwettaq, kull meta jkun possibbli, minn persunal u/jew esperti għajr dawk involuti fl-evalwazzjoni preliminari. Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 u għall-kunfidenzjalità leġittima, l-awtorità tal-għoti jew l-awtorità kontraenti għandha tippubblika, fi żmien 60 jum mill-iffirmar tal-impenn legali, avviż li jkun fih mill-inqas l-isem tar-riċevitur, it-titolu tal-azzjoni, it-tieqa ta’ politika, il-forma ta’ appoġġ tal-Unjoni, u l-ammont ta’ appoġġ tal-Unjoni għal kull azzjoni ffinanzjata skont dan l-Artikolu. Meta l-pubblikazzjoni tkun ristretta għal raġunijiet debitament ġustifikati, l-awtorità tal-għoti jew l-awtorità kontraenti għandha tippubblika sommarju mhux kunfidenzjali u għandha tirreġistra fil-fajl ir-raġunijiet għar-restrizzjoni tal-pubblikazzjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3c. L-applikazzjoni ta’ interventi aċċellerati jew immirati skont dan l-Artikolu ma għandhiex tikkomprometti t-trasparenza, il-kompetizzjoni, it-trattament ugwali jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 84(b) ta’ dan ir-Regolament, dwar l-użu tal-miżuri previsti fil-paragrafu 2, inkluża l-ġustifikazzjoni għad-derogi, l-ammonti impenjati u mħallsa, l-għadd u t-tip ta’ interventi, ir-riżultati tal-kontrolli, l-irregolaritajiet misjuba, l-irkupri u l-penali amministrattivi jew finanzjarji imposti. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3d. L-azzjonijiet ġustifikati minn interess pubbliku imperattiv skont dan l-Artikolu għandhom ikunu debitament ġustifikati b’rabta ċara mal-objettivi ta’ interess pubbliku segwiti u għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza u skrutinju xierqa mill-Parlament Ewropew permezz tar-rapportar annwali skont l-Artikolu 84b ta’ dan ir-Regolament. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3e. Meta jiġu applikati waħda jew aktar mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità tal-għoti jew l-awtorità kontraenti għandha tiżgura li d-deċiżjoni tal-għoti tkun ibbażata fuq evalwazzjoni dokumentata li tkun proporzjonata għar-riskji tal-azzjoni u li tiżgura rekord tal-awditjar komplut. Għal dak il-fini: (a) għandu jiġi stabbilit kumitat ta’ evalwazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u dan għandu jipproduċi rapport ta’ evalwazzjoni; (b) meta l-evalwazzjoni tkun teħtieġ għarfien espert speċifiku tekniku, finanzjarju jew relatat mas-sigurtà, jew meta l-ammont u n-natura tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni jkunu jiġġustifikaw dan, il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jkun assistit minn esperti esterni indipendenti jew ikun magħmul parzjalment jew kompletament minn tali esperti f’konformità mal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509; (c) il-membri kollha tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u kwalunkwe espert estern għandhom jiffirmaw dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess u kunfidenzjalità; (d) ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jinkludi taqsima speċifika li tiddeskrivi: (i) liema miżura jew miżuri skont il-paragrafu 2 ġew applikati; (ii) ir-raġunijiet għaliex il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ġew issodisfati; u (iii) ir-riskji ewlenin identifikati u l-kontrolli ta’ mitigazzjoni stabbiliti, inkluża kwalunkwe verifika ex post; (e) fil-każ ta’ interventi aċċellerati skont il-paragrafu 2, il-punt (b), l-evalwazzjoni finali msemmija fil-punt (b)(1) għandha titwettaq, kull meta jkun possibbli, minn persunal u/jew esperti għajr dawk involuti fl-evalwazzjoni preliminari. Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. L-Istrument InvestEU tal-FEK għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment. L-Istrument InvestEU tal-FEK jista’ b’mod partikolari jipprovdi self, garanziji, kontrogaranziji, strumenti tas-suq tal-kapital, kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament jew tisħiħ fil-kreditu, inkluż dejn subordinat, jew investimenti f’ekwità jew kważi-ekwità, ipprovduti direttament jew indirettament permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, fondi, pjattaformi tal-investiment jew mezzi oħra li jkunu se jiġu mgħoddija lir-riċevituri finali. | 2. L-Istrument InvestEU tal-FEK għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment. L-Istrument InvestEU tal-FEK jista’ b’mod partikolari jipprovdi self, garanziji, kontrogaranziji, strumenti tas-suq tal-kapital, kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament jew tisħiħ fil-kreditu, inkluż dejn subordinat, jew investimenti f’ekwità jew kważi-ekwità, ipprovduti direttament jew indirettament permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, fondi, pjattaformi tal-investiment jew mezzi oħra li jkunu se jiġu mgħoddija lir-riċevituri finali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-istrumenti finanzjarji appoġġati fl-ambitu tal-Istrument InvestEU tal-FEK ikunu soġġetti għal valutazzjonijiet regolari tal-valur għall-flus. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Il-garanzija baġitarja fl-ambitu tal-Istrument InvestEU tal-FEK għandu jkollha l-għan li tikseb effett multiplikatur minimu mistenni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika, sad-dħul fis-seħħ tal-ewwel programm ta’ ħidma, multiplikatur fil-mira li jindika l-volum minimu ta’ investiment mistenni li jiġi mobilizzat għal kull euro ta’ garanzija baġitarja, filwaqt li tqis il-profil tar-riskju tal-operazzjonijiet ikkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena fir-rigward ta’ din il-mira. Meta l-multiplikatur realizzat jaqa’ b’mod sinifikanti taħt il-mira għal sentejn konsekuttivi, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-linji gwida għall-investiment u, fejn xieraq, tipproponi miżuri korrettivi. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5. Il-linji gwida dwar l-investiment stabbiliti mill-Kummissjoni għandhom jiddefinixxu f’aktar dettall l-ambitu tal-intervent b’appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3. Il-linji gwida dwar l-investiment għandhom jitħejjew fi djalogu mill-qrib mas-sħab potenzjali ta’ implimentazzjoni. | 5. Il-linji gwida dwar l-investiment stabbiliti mill-Kummissjoni għandhom jiddefinixxu f’aktar dettall l-ambitu tal-intervent b’appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3. Il-linji gwida dwar l-investiment għandhom jitħejjew fi djalogu mill-qrib mas-sħab potenzjali ta’ implimentazzjoni, u l-format rilevanti tal-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. Il-Kummissjoni għandha, hija u tikkonkludi ftehimiet ta’ garanzija mas-sħab ta’ implimentazzjoni, tiżgura li t-tariffi ta’ ġestjoni jiġu stabbiliti f’livell raġonevolment baxx. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 7a. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 84b ta’ dan ir-Regolament, dwar it-tariffi ta’ ġestjoni u kostijiet oħra imposti mis-sħab ta’ implimentazzjoni fl-ambitu tal-Istrument InvestEU tal-FEK, b’mod aggregat li jkun biżżejjed biex jiġi vvalutat il-valur għall-flus, inkluż il-valutazzjoni komparattiva ta’ tali tariffi ma’ rati tas-suq komparabbli għal profili ta’ riskju u klassijiet ta’ assi simili, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità leġittima. Meta t-tariffi tal-ġestjoni jaqbżu b’mod konsistenti l-firxa ta’ parametri referenzjarji, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni korrettiva, inkluż in-negozjar mill-ġdid tal-ftehimiet jew ir-riallokazzjoni tal-volumi lil sħab ta’ implimentazzjoni aktar kosteffettivi. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 7b. Operazzjonijiet kbar ta’ finanzjament jew ta’ investiment appoġġati fl-ambitu tal-Istrument InvestEU tal-FEK għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri tal-awditjar imsaħħa bbażati fuq ir-riskju. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1. L-Istrument InvestEU tal-FEK għandu jservi bħala l-pjattaforma integrata tal-Unjoni biex tipprovdi appoġġ finanzjarju mmirat għall-kumpaniji fil-fażijiet kollha tal-iżvilupp, l-istart-ups, l-iscale-ups, inklużi dawk li jsegwu b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-manifattura, industrijali u tas-suq. Dan għandu jiżgura li kumpaniji Ewropej b’potenzjal għoli li jiżviluppaw jew jimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi jkunu jistgħu jaċċessaw il-kapital u r-riżorsi biex jikbru fl-Unjoni, u b’hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni tas-suq uniku u tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti. | 1. L-Istrument InvestEU tal-FEK għandu jservi bħala l-pjattaforma integrata tal-Unjoni biex tipprovdi appoġġ finanzjarju mmirat għall-kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi fil-fażijiet kollha tal-iżvilupp, l-istart-ups, l-iscale-ups, inklużi dawk li jsegwu b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-manifattura, industrijali u tas-suq. Dan għandu jiżgura li kumpaniji Ewropej b’potenzjal għoli u l-entitajiet pubbliċi li jiżviluppaw jew jimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi jkunu jistgħu jaċċessaw il-kapital u r-riżorsi biex jikbru fl-Unjoni, u b’hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni tas-suq uniku u tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3. Il-faċilità għandha tintervjeni meta l-investituri tas-suq ma jkunux jistgħu jipprovdu finanzjament suffiċjenti għal kumpaniji Ewropej ta’ tkabbir għoli, innovattivi u strateġiċi, inkluż jekk ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà ekonomika tal-Unjoni. | 3. Il-faċilità għandha tintervjeni meta l-investituri tas-suq ma jkunux jistgħu jipprovdu finanzjament suffiċjenti għal proġetti Ewropej ta’ tkabbir għoli, innovattivi u strateġiċi, inkluż jekk ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà ekonomika tal-Unjoni. Il-Faċilità għandha tintervjeni wkoll f’każijiet ta’ proġetti pubbliċi ambizzjużi li se jagħtu riżultati b’impatt għoli fl-oqsma tal-politiki rilevanti. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, għal kull sieħeb ta’ implimentazzjoni magħżul skont dan ir-Regolament, sommarju mhux kunfidenzjali tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-pilastri u tar-raġunijiet għall-għażla, inklużi l-miżuri li jiżguraw li jiġu evitati kunflitti ta’ interess, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità leġittima u għall-Artikolu 13. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4. Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet dwar il-konsulenza ma’ sħab konsultattivi u fornituri ta’ servizzi f’konformità mal-ħtiġijiet ta’ kull tieqa ta’ politika. Il-Kummissjoni u s-sħab konsultattivi, inkluż il-Grupp tal-BEI, għandhom jikkooperaw mill-qrib bl-għan li jiżguraw l-effiċjenza, is-sinerġiji u l-kopertura ġeografika effettiva fl-Unjoni kollha, filwaqt li jqisu l-istrutturi u x-xogħol eżistenti. | 4. Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet dwar il-konsulenza ma’ sħab konsultattivi u fornituri ta’ servizzi f’konformità mal-ħtiġijiet ta’ kull tieqa ta’ politika. Il-Kummissjoni u s-sħab konsultattivi, inkluż il-Grupp tal-BEI, għandhom jikkooperaw mill-qrib bl-għan li jiżguraw l-effiċjenza, is-sinerġiji u l-kopertura ġeografika effettiva fl-Unjoni kollha, filwaqt li jqisu l-istrutturi u x-xogħol eżistenti. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim dwar konsulenza mal-Grupp tal-BEI u tista’ tikkonkludi ftehimiet addizzjonali dwar konsulenza ma’ sħab konsultattivi u fornituri ta’ servizzi bi qbil mal-ħtiġijiet ta’ kull tieqa ta’ politika. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5. Irrispettivament mill-istrument ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-akkwiżizzjoni jew għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza, il-fornituri u r-riċevituri tas-servizzi għandhom jintgħażlu f’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali, l-evitar ta’ kunflitt ta’ interess, inklużi interessi professjonali kunfliġġenti. | 5. Irrispettivament mill-istrument ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-akkwiżizzjoni jew għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza, il-fornituri u r-riċevituri tas-servizzi għandhom jintgħażlu f’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali, l-evitar ta’ kunflitt ta’ interess, inklużi interessi professjonali kunfliġġenti u rappreżentazzjoni ġeografika. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. Il-konsulenza għall-proġetti għandha tiffoka primarjament fuq l-għoti ta’ assistenza teknika lil entitajiet b’inqas esperjenza jew lil applikanti għall-ewwel darba sabiex jinkiseb użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6b. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-servizzi ta’ konsulenza għall-proġetti jkunu aċċessibbli fl-Unjoni kollha, inkluż f’reġjuni inqas żviluppati, ultraperiferiċi u li jwessgħu l-innovazzjoni, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess ġust għall-appoġġ tal-Unjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6c. Kull Stat Membru għandu jaħtar tal-inqas punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed biex jiffaċilita l-aċċess għall-Konsulenza għall-Proġetti, b’mod partikolari għall-istart-ups u għall-applikanti għall-ewwel darba. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll punt ta’ kuntatt subnazzjonali wieħed jew aktar. Il-Kummissjoni, is-sħab konsultattivi tagħha u fornituri oħra tas-servizzi għandhom jikkooperaw ma’ dawn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali u subnazzjonali biex jiżguraw it-tixrid f’waqtu tal-informazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi ta’ konsulenza. Il-funzjonament ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt għandu jikkostitwixxi azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament skont l-Artikolu 4(2)(a). |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6d. 30 % tal-baġit allokat għall-Konsulenza għall-Proġetti għandu jintuża biex jiġu implimentati azzjonijiet immirati lejn start-ups, applikanti għall-ewwel darba u applikanti b’inqas esperjenza. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1. In-Network “UE għan-Negozji” għandu jiġi stabbilit biex jgħin lin-negozji tal-Unjoni jsiru aktar kompetittivi u jinnovaw, jikbru u jespandu fis-Suq Uniku u lil hinn minnu, b’enfasi partikolari fuq l-SMEs, l-istart-ups, l-iscale-ups u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. In-network għandu jkollu kopertura mifruxa mal-Unjoni kollha u bbilanċjata ġeografikament, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tat-tipi kollha ta’ reġjuni fl-Unjoni, inklużi r-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. | 1. In-Network “UE għan-Negozji” għandu jiġi stabbilit biex jgħin lin-negozji tal-Unjoni jsiru aktar kompetittivi u jinnovaw, jikbru u jespandu fis-Suq Uniku u lil hinn minnu, b’enfasi partikolari fuq l-SMEs, l-istart-ups, l-iscale-ups u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. In-network għandu jkollu kopertura mifruxa mal-Unjoni kollha u bbilanċjata ġeografikament, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tat-tipi kollha ta’ Stati Membri u reġjuni fl-Unjoni, inklużi r-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Ispazju Uniku għall-Iskambju Elettroniku ta’ Data msemmi fil-paragrafu 1 għandu, fejn ikun teknikament fattibbli u soġġett għar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà, jappoġġa: (a) l-użu ta’ identifikaturi uniċi għall-azzjonijiet u l-benefiċjarji; (b) il-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa bit-tir li jippermetti t-traċċabbiltà, l-awditjar u l-kontrolli kontra l-frodi, inkluż biex jipprevjeni l-finanzjament doppju; u (c) l-interoperabbiltà mas-sistemi rilevanti tal-Unjoni użati għall-protezzjoni tal-baġit u t-trasparenza skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Il-FEK jista’ jappoġġa kwalunkwe attività addizzjonali biex jiffaċilita u jaċċellera l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni, u finanzjament u investimenti oħrajn, kif ukoll biex jiżgura l-valorizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riżultati permezz ta’ għodod u strumenti bħall-prova tal-kunċett, għotjiet għall-implimentazzjoni, servizzi ta’ konsulenza u ta’ appoġġ għan-negozji, u kwalunkwe pjattaforma ddedikata. | 2. Il-FEK jista’ jappoġġa kwalunkwe attività addizzjonali biex jiffaċilita u jaċċellera l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni, u finanzjament u investimenti oħrajn, kif ukoll biex jiżgura l-valorizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riżultati permezz ta’ għodod u strumenti bħall-prova tal-kunċett, għotjiet għall-implimentazzjoni, servizzi ta’ konsulenza u ta’ appoġġ għan-negozji, u kwalunkwe pjattaforma ddedikata, u b’hekk tippromwovi aċċess bilanċjat u ssaħħaħ il-kompetittività fl-Istati Membri, fir-reġjuni u fl-Unjoni kollha. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Hija u tħejji l-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiddokumenta l-bażi ta’ evidenza u l-kriterji użati biex tidentifika t-teknoloġiji u t-tipi ta’ proġetti ta’ prijorità u għandha tagħmel dik id-dokumentazzjoni disponibbli fuq talba lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 u għall-kunfidenzjalità leġittima. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1. Qiegħed jiġi stabbilit Bord Konsultattiv tal-Ispazju u d-Difiża li jista’ jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn l-attivitajiet tal-ispazju u tad-difiża kif stabbilit fl-Artikolu 3(2)(d), fis-subpunti (1) u (2) u fl-għodod finanzjarji relatati biex tiżdied l-effiċjenza tal-investimenti u l-effettività tar-riżultati. Il-membri tal-Bord Konsultattiv imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinħatru mill-Istati Membri | 1. Qiegħed jiġi stabbilit Bord Konsultattiv tal-Ispazju u d-Difiża li jista’ jagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-Bord Strateġiku tal-Partijiet Ikkonċernati dwar il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn l-attivitajiet tal-ispazju u tad-difiża kif stabbilit fl-Artikolu 3(2)(d), fis-subpunti (1) u (2) u fl-għodod finanzjarji relatati biex tiżdied l-effiċjenza tal-investimenti u l-effettività tar-riżultati. Il-membri tal-Bord Konsultattiv imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinħatru mill-Istati Membri f’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali kif ukoll l-evitar ta’ kunflitt ta’ interess, inklużi l-interessi professjonali kunfliġġenti. Il-Kummissjoni għandha tiċċara l-arranġamenti applikabbli ta’ governanza u ta’ obbligu ta’ rendikont, inkluża l-interazzjoni mal-Bordijiet stabbiliti fl-Artikoli 14 u 56. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3. L-appoġġ ipprovdut permezz tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jista’ jiġi pprovdut fi kwalunkwe forma, inkluż permezz ta’ riċerka kollaborattiva kif ukoll appoġġ għall-attività tal-innovazzjoni lil entitajiet uniċi u strumenti finanzjarji. | 3. L-appoġġ ipprovdut permezz tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jista’ jiġi pprovdut fi kwalunkwe forma, inkluż permezz ta’ riċerka kollaborattiva kif ukoll appoġġ għall-attività tal-innovazzjoni lil entitajiet uniċi u strumenti finanzjarji. Il-benefiċjarji għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni u l-progress tal-attivitajiet, b’mod proporzjonat għad-daqs u l-profil tar-riskju tal-appoġġ. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli pubblikament, fejn xieraq. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3. Il-Bord Konsultattiv Industrijali għad-Difiża għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija. Kull Stat Membru għandu jinnomina rappreżentant wieħed u rappreżentant sostitut wieħed. | 3. Il-Bord Konsultattiv Industrijali għad-Difiża għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija. Kull Stat Membru għandu jinnomina rappreżentant wieħed u rappreżentant sostitut wieħed f’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali kif ukoll l-evitar ta’ kunflitt ta’ interess, inklużi interessi professjonali kunfliġġenti. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali għad-Difiża għandhom jiksbu livell xieraq ta’ approvazzjoni tas-sigurtà mill-Istat Membru rispettiv tagħhom, f’konformità mar-responsabbiltajiet tagħhom. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ interess, il-kunfidenzjalità u r-rapportar, soġġett għar-rekwiżiti ta’ sigurtà applikabbli. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. Il-Bord għandu jipprovdi bil-miktub pariri jew sommarji ta’ pariri. Dawn l-outputs għandhom, fuq talba, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, soġġett għall-Artikolu 13. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3c. Il-Kummissjoni għandha tiċċara l-arranġamenti applikabbli ta’ governanza u obbligu ta’ rendikont, inkluża l-interazzjoni mal-Bordijiet stabbiliti fl-Artikoli 14 u 41. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Qabel ma tadotta atti delegati skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-implimentazzjoni u l-governanza finanzjarja tal-Fond. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 84a | |
| Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni: | |
| 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, permezz ta’ penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. | |
| 2. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet relatati mat-tipi kollha ta’ finanzjament fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bl-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. | |
| 3. Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għandha tagħti, fejn ikun legalment possibbli, id-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-QEA u, kif xieraq, lill-UPPE, fl-eżerċitar tal-kompetenzi tagħhom, u għandha tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. | |
| 4. Meta l-fondi jkunu ġestiti minn sħab ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura, billi tinkludi dispożizzjonijiet rilevanti fil-ftehimiet tagħha mas-sħab ta’ implimentazzjoni, li d-drittijiet imsemmija hawn fuq tal-OLAF, tal-QEA u, kif xieraq, tal-UPPE jiġu rispettati bis-sħiħ. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 84b | |
| Rapportar mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill | |
| 1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni] u r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-FEK għas-sena finanzjarja preċedenti, li jippermetti l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet ta’ kontroll baġitarju u ta’ kwittanza stipulati fit-Trattati. | |
| 2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja dwar l-implimentazzjoni tal-FEK: | |
| (a) l-evoluzzjoni tal-indikaturi tal-prestazzjoni, inklużi l-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt għal kull azzjoni ewlenija jew grupp ta’ azzjonijiet; | |
| (b) l-implimentazzjoni finanzjarja skont it-tieqa ta’ politika, il-komponent, l-istrument, il-mod ta’ ġestjoni, kif ukoll kwalunkwe riallokazzjoni bejn it-twieqi ta’ politika jew is-snin finanzjarji, il-forma ta’ appoġġ, inkluż l-għadd ta’ azzjonijiet fejn intuża finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, l-għażliet ta’ kostijiet simplifikati u l-kostijiet reali; | |
| (c) it-tagħlimiet meħuda mill-applikazzjoni tal-Għodda ta’ Valutazzjoni Komparattiva msemmija fl-Artikolu 12(8a); | |
| (d) informazzjoni dwar id-distribuzzjoni ġeografika tal-appoġġ tal-FEK għal kull tieqa ta’ politika fost l-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, inkluż it-tip ta’ strument ta’ finanzjament użat; | |
| (e) l-użu ta’ riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5, inklużi rimborżi, irkupri u ripagamenti, u l-allokazzjoni tagħhom; | |
| (f) l-attivitajiet tal-bord tal-partijiet ikkonċernati u tal-bordijiet konsultattivi stabbiliti skont dan ir-Regolament. | |
| 3. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll informazzjoni speċifika dwar: | |
| (a) azzjonijiet mogħtija Siġill tal-Kompetittività u, fejn disponibbli, appoġġ pubbliku sussegwenti; | |
| (b) l-użu ta’ interventi aċċellerati jew immirati skont l-Artikolu 20, inkluż l-għadd ta’ proċeduri, l-objettiv, il-forma u l-benefiċjarji ta’ dawn l-interventi, l-ammonti impenjati u mħallsa; l-użu ta’ derogi u eċċezzjonijiet mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u regoli baġitarji applikabbli oħra, inkluż b’mod partikolari: | |
| i. proċeduri diretti għall-għoti ta’ kuntratti u proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, | |
| ii. għotjiet diretti u derogi oħra minn proċeduri ta’ għoti kompetittivi, iii. kwalunkwe miżura eċċezzjonali oħra li tiddevja mir-regoli standard applikabbli għall-akkwist, l-għotjiet, l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji; (d) għal kull kategorija ta’ azzjonijiet imsemmija fil-punt (c): | |
| i. il-bażi legali li fuqha jibbaża, | |
| ii. il-ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tagħha, | |
| iii. l-għadd ta’ każijiet ikkonċernati u l-ammonti finanzjarji korrispondenti, iv. informazzjoni dwar il-benefiċjarji jew il-kuntratturi u s-sottokuntratturi, f’konformità mar-regoli applikabbli dwar it-trasparenza u l-protezzjoni tad-data. | |
| 4. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll informazzjoni speċifika dwar l-Istrument InvestEU tal-FEK, inkluża informazzjoni dwar l-operazzjonijiet iffirmati u żborżati, il-mobilizzazzjoni mistennija u mwettqa tal-investiment, il-profil tar-riskju tal-garanzija baġitarja, it-talbiet għal ħlas ta’ garanzija u l-movimenti ta’ proviżjonament, u t-tariffi ta’ ġestjoni u kostijiet oħra imposti mis-sħab ta’ implimentazzjoni**, kif ukoll: | |
| (a) kull sentejn valutazzjoni ex post dwar jekk l-operazzjonijiet tal-InvestEU tal-FEK ikkomplementawx jew spustawx il-kapital privat li kieku kien ikun disponibbli fuq termini komparabbli. | |
| (b) l-iffrankar tal-kostijiet amministrattivi miksub permezz ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni u diġitalizzazzjoni meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti. | |
| 5. Ir-rapport annwali għandu jkopri wkoll: | |
| (a) informazzjoni dwar żbalji, irregolaritajiet, frodi suspettata u stabbilita, u r-riżultati ewlenin tal-awditi u l-kontrolli; sommarju qasir tal-mekkaniżmu ta’ frodi investigat; | |
| (b) l-għadd u t-tipi ewlenin ta’ każijiet li jwasslu għall-esklużjoni, id-detezzjoni bikrija jew miżuri protettivi oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, inkluż fejn applikati minn entitajiet fdati u minn sħab ta’ implimentazzjoni; | |
| (c) sommarju tal-każijiet misjuba ta’ kunflitti ta’ interess u l-miżuri ta’ mitigazzjoni adottati; | |
| (d) l-għadd ta’ rinunzji u rkupri u rkupri pendenti, l-ammonti rkuprati matul is-sena, u ż-żmien medju meħud biex jiġu implimentati l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji u din l-informazzjoni tkun disponibbli f’format li jinqara mill-magni. |
| Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 84c | |
| Rapport ta’ implimentazzjoni u evalwazzjoni ex post | |
| 1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-FEK mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm u evalwazzjoni ex post mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(1). | |
| 2. L-evalwazzjoni interim għandha tivvaluta l-punt sa fejn il-FEK laħaq l-objettivi tiegħu, l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-infiq tiegħu, l-adegwatezza tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni applikati u l-bilanċ ġeografiku. | |
| 3. L-evalwazzjoni ex post għandha tivvaluta l-impatt fit-tul, is-sostenibbiltà u l-valur għall-flus tal-FEK. | |
| 4. Iż-żewġ evalwazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u jsiru disponibbli għall-pubbliku. |
Ir-rapporteur għal opinjoni jiddikjara, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu, li fl-opinjoni tiegħu ma inkluda kontribut mingħand rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru Obbligatorju ta’ Trasparenza, jew mingħand rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-missjonijiet diplomatiċi u l-ambaxxati tagħhom, li għandhom jiġu elenkati f’dan l-Anness f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura.
| Titolu | L-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività (“FEK”), inkluż il-programm speċifiku għal attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fid-difiża | |
| Referenzi | COM(2025)0555 – C10-0165/2025 – 2025/0555(COD) | |
| Kumitat(i) responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 23.10.2025 | |
| Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CONT 23.10.2025 | |
| Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Ondřej Knotek 19.12.2025 | |
| Eżami fil-kumitat | 5.3.2026 | |
| Data tal-adozzjoni | 15.4.2026 | |
| Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 15 10 1 |
15 · For
- ECR
- Dick Erixon, Bert-Jan Ruissen, Şerban Dimitrie Sturdza
- EPP
- Georgios Aftias, Caterina Chinnici, Raúl de la Hoz Quintano, Monika Hohlmeier, Kinga Kollár, Jacek Protas, Andreas Schwab, Tomáš Zdechovský
- Patriots
- Angéline Furet, Virginie Joron, Ondřej Knotek, Tomáš Kubín
10 · Against
- Renew
- Gilles Boyer, Gerben-Jan Gerbrandy
- S&D
- José Cepeda, Giuseppe Lupo, Carla Tavares, Lara Wolters
- The Left
- Sebastian Everding, Pasquale Tridico
- Greens
- Daniel Freund, Rasmus Nordqvist
Connections
The dossier, the decisions on this text and its other versions.
No connections found for this item.
Sources & citation
Where the facts on this page come from, and how to cite it.
- Data source
- Licensed CC BY 4.0.
- Retrieved
- 23 November 2026
Cite as
European Parliament (2026). “OPINION on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on establishing the European Competitiveness Fund ('ECF’), including the specific programme for defence research and innovation activities, repealing Regulations (EU) 2021/522, (EU) 2021/694, (EU) 2021/697, (EU) 2021/783, and amending Regulations (EU) 2021/696, (EU) 2023/588, (EU) [EDIP]”. Text, 24 April 2026. docId CONT-AD-784350. EU Parl Watch Research. https://news.eu-parl.st-solutions.dev/texts/CONT-AD-784350 (retrieved 23 November 2026). Data: EP Open Data API: document record, https://data.europarl.europa.eu/api/v2/documents/CONT-AD-784350 (CC BY 4.0). BibTeX
@misc{epw-text-cont-ad-784350,
author = {{European Parliament}},
title = {{OPINION on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on establishing the European Competitiveness Fund ('ECF’), including the specific programme for defence research and innovation activities, repealing Regulations (EU) 2021/522, (EU) 2021/694, (EU) 2021/697, (EU) 2021/783, and amending Regulations (EU) 2021/696, (EU) 2023/588, (EU) [EDIP]}},
year = {2026},
date = {2026-04-24},
howpublished = {\url{https://news.eu-parl.st-solutions.dev/texts/CONT-AD-784350}},
url = {https://news.eu-parl.st-solutions.dev/texts/CONT-AD-784350},
urldate = {2026-11-23},
publisher = {EU Parl Watch Research},
note = {Text. docId CONT-AD-784350. Data: EP Open Data API: document record (CC BY 4.0)}
}