Skip to content

Text · Plenary report

Dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

Full title

Dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

Report A-10-2026-0103 · 2025/2167(INI)

Kind
Plenary report A-10-2026-0103
Date
20 April 2026
Committee
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur
Andrey Kovatchev
More facts (4)
Voted
  • 20 May 2026 Adopted 369 for, 160 against, 112 abstained
Subject matter
EXT
Reference
2025/2167(INI)
More

In short

A summary of the text written by AI; ¶ opens the paragraph it rests on.

AI: In short Written by AI from the official text — check the source · deepseek-v4-flash · 4 Sept 2026

This recommendation to the Council, the Commission and the High Representative sets out EU priorities for the 81st UN General Assembly session, covering multilateralism, UN reform, peace and security, sustainable development and human rights. It urges support for effective multilateralism with the UN at its core, defence of international law and human rights, and opposition to coercive diplomacy and attempts to undermine the rules-based order. It calls for ambitious UN reform, including Security Council reform, a permanent EU seat, and action to ensure financial sustainability and accountability. It addresses specific conflicts and crises, condemning Russia's war against Ukraine, Iran's attacks, and unilateral actions in the West Bank, while supporting peace efforts in Gaza, Syria, Afghanistan and elsewhere. It promotes gender equality, women's and youth participation, freedom of religion, media safety, digital rights, and a human rights-based approach to development.

Position. The Committee on Foreign Affairs recommends that the Council, the Commission and the High Representative adopt the priorities set out in the draft recommendation for the 81st UN General Assembly session.

Key points

  1. Recommends continuing support for effective multilateralism with the UN at its core, defending international law and UN Charter principles, and opposing coercive diplomacy.
  2. Urges defending universal human rights, democracy, the rule of law and inclusive electoral processes, and upholding the universality of human rights.
  3. Calls for robust US involvement in UN funding, filling the 2025 budget gap, and countering attempts to weaken multilateral cooperation.
  4. Supports ambitious UN reform under the UN80 agenda, including reform of the Security Council, limiting the veto, and a permanent EU seat.
  5. Calls for coordinated action on the next UN Secretary-General selection, promoting an open, merit-based process and considering gender equality.
  6. Condemns Russia's war against Ukraine, advocates for a comprehensive peace, accountability for war crimes, and mobilisation of frozen Russian assets for reconstruction.
  7. Expresses concern over Arctic tensions, supports Denmark and Greenland's sovereignty and self-determination, and calls for enhanced Arctic cooperation.
  8. Calls for stronger engagement on Georgia, Syria, Afghanistan, Taiwan, and Africa, addressing specific conflicts and human rights situations.
  9. Takes note of UNSC Resolution 2803 on Gaza, supports a two-state solution, condemns violations, and calls for an EU facility for Gaza reconstruction.
  10. Reaffirms UNRWA's role, calls for its mandate and funding to be reinstated, and urges curriculum reform in Palestinian education to remove antisemitism and incitement.
  11. Calls for strengthening non-proliferation, disarmament, and arms control frameworks, and for accountability for international crimes, supporting the ICC and ICJ.
  12. Promotes gender equality, women's and youth participation, freedom of religion, media safety, digital rights, and a human rights-based approach to development.

Who is affected

  • The Council, the Commission and the High Representative are the addressees of the recommendation and are expected to act on it.
  • UN member states, including the US, China and Russia, are urged to fulfil financial obligations and respect international law.
  • The EU and its member states are called on to coordinate positions and support reforms in UN bodies.
  • Countries in conflict or with human rights issues, such as Ukraine, Iran, Israel, Palestine, Syria, Afghanistan, and Georgia, are directly addressed.
  • UN agencies and bodies, including UNRWA, UNHRC, and the ICC, are supported or called on to reform.

Figures and deadlines

  • 20 % of Georgia's internationally recognised territory remains under illegal Russian occupation.
  • One third of voting rights in the UN are held by the EU and Latin American countries together.

Legal basis. Articles 21, 34 and 36 of the Treaty on European Union; Articles 208, 214 and 220 of the Treaty on the Functioning of the European Union.

Read the text · Report a problem

Text

The text as parsed from the official Word file. Every paragraph has a link (¶) and can be saved to a project as a passage.

Abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-parlament ewropew

lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

(2025/2167(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 21, 34 u 36 tiegħu,

–wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 208, 214 u 220 tiegħu,

–wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari l-preambolu u l-Artikolu 18 tagħha, kif ukoll il-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom,

–wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs),

–wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA),

–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

–wara li kkunsidra t-80 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-messaġġ tas-Segretarju Ġenerali biex jikkommemora t-80 anniversarju tan-Nazzjonijiet Uniti,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 79/318 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Lulju 2025 dwar l-Inizjattiva UN80,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ES-11/7 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-24 ta’ Frar 2025 dwar il-promozzjoni ta’ paċi komprensiva, ġusta u dejjiema fl-Ukrajna,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 79/174 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar il-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 79/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-22 ta’ Settembru 2024 dwar il-Patt għall-Futur;

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ES-11/4 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-12 ta’ Ottubru 2022 dwar l-integrità territorjali tal-Ukrajna;

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 65/276 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 377 (V) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-3 ta’ Novembru 1950 dwar l-Unjoni għall-Paċi,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-31 ta’ Ottubru 2000 dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2803 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta’ Novembru 2025 dwar il-Pjan tal-waqfien mill-ġlied f’Gaża,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2817 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar il-kundanna tal-attakki tal-Iran fuq il-ġirien fir-reġjun,

–wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Inizjattiva UN80 tal-21 ta’ Novembru 2025,

–wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Settembru 2025 bit-titolu “Shifting Paradigms: United to Deliver (Bdil tal-paradigmi: magħqudin fl-implimentazzjoni),

–wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-4 ta’ Settembru 2025 dwar l-estimi riveduti relatati mal-proposta ta’ baġit bi programmi għall-2026 u mal-kont ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ żamma tal-paċi għall-perjodu 2025/26,

–wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-31 ta’ Lulju 2025 bit-titolu “Report of the mandate implementation review” (Rapport dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tal-mandati),

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2026 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2025, u dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2025,

– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 lill-Kunsill dwar il-75 u s-76 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar l-interpretazzjoni ħażina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha madwar it-Tajwan,

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE, li ssemmi politika estera femminista,

– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2025 dwar it-Titjib tas-Sħubija Strateġika UE-NU dwar il-Paċi u s-Sigurtà: Prijoritajiet Konġunti 2025-2028,

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2025 dwar il-prijoritajiet tal-UE fin-Nazzjonijiet Uniti matul it-80 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Settembru 2025 – Settembru 2026,

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar il-Prijoritajiet tal-UE fil-Fora tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-2025,

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2025,

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet fil-fomm mill-President António Costa wara l-laqgħa informali tal-membri tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2026

–wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0103/2026),

A.billi, fil-klima ġeopolitika attwali, huwa ta’ importanza kritika li jiġi sostnut u msaħħaħ l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u li jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti tal-organizzazzjonijiet intergovernattivi;

B.billi d-demokrazija, is-sistemi tagħha, l-istandards tagħha u l-valuri tagħha huma pilastri fundamentali tas-sistema multilaterali attwali; billi sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli hija promossa mid-demokraziji, inkwantu huma reċiprokament vantaġġużi; billi dinja magħmula minn demokraziji, mifhuma bħala sistemi demokratiċi maturi, hija dinja għalkollox aktar libera, għax għandha sistema ta’ kontrokontrolli importanti li timpedixxi li l-awtokraziji jġibu ruħhom b’mod imprevedibbli fil-kuntest internazzjonali; billi d-demokrazija tinsab taħt assedju fix-xena internazzjonali minn reġimi awtoritarji, totalitarji u illiberali, li qed jattakkawha kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-fruntieri tagħhom;

C.billi s-sistema multilaterali qiegħda ssib quddiemha theddid dejjem akbar, pereżempju l-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi attakki fuq l-arkitettura globali tal-paċi u tas-sigurtà, inkluż il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), l-influwenza taċ-Ċina li qed tiżdied u l-irtirar inkwetanti tal-Istati Uniti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll it-tqaċċit tal-finanzjamenti li jolqot lil setturi kritiċi, pereżempju l-assistenza umanitarja, l-edukazzjoni, it-tibdil fil-klima, it-theddid ibridu, id-dritt internazzjonali, is-saħħa u l-konsolidazzjoni tal-paċi; billi l-kritika tal-istat attwali tas-sistema multilaterali tiġi wkoll mill-pajjiżi demokratiċi u mill-alleati (naturali) tal-UE; billi l-inkapaċità tal-KSNU u tal-membri permanenti tiegħu li jaġixxu quddiem il-ksur gravi tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti kkontribwiet għall-kritika pubblika fil-konfront tan-Nazzjonijiet Uniti b’mod ġenerali;

D.billi l-użu tal-istrumenti ekonomiċi, bħad-dazji, il-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet u s-sanzjonijiet, biex jintlaħqu għanijiet ġeopolitiċi barra mill-oqfsa multilaterali għandu l-potenzjal li jdgħajjef l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jifframmenta l-ekonomija globali, iżid l-inugwaljanzi globali u jolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-popolazzjonijiet vulnerabbli;

E.billi t-tentattivi biex tiddgħajjef l-arkitettura tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-attakki fuq il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi u fuq strutturi usa’ tal-governanza tal-paċi, jikkostitwixxu sforz biex tiġi mminata l-kapaċità tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprevjenu l-kunflitti, isostnu r-rikostruzzjoni ta’ wara l-kunflitti u jagħmluha ta’ garanti tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali;

F.billi l-globalizzazzjoni u l-isfidi bħal, fost oħrajn, it-tibdil fil-klima, in-nonproliferazzjoni tal-arma ta’ qerda massiva, il-pandemiji, it-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga u tal-bnedmin kif ukoll il-ġestjoni tal-migrazzjoni jirrikjedu risposti multilaterali; billi t-tqaċċit lill-finanzjamenti u l-irtirar mill-organi u mill-pjattaformi multilaterali ewlenin dgħajfu l-kapaċità tal-komunità internazzjonali li tirrispondi b’mod effikaċi għal tali kriżijiet;

G.billi s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti hija l-pedament tas-sistema multilaterali attwali; billi tibqa’ l-qafas l-aktar xieraq li fih isir progress, bl-objettivi fundamentali tagħha fil-qasam tal-promozzjoni tal-paċi, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-iżvilupp sostenibbli fil-livell globali; billi s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti jaf għaddejja minn għeja strutturali, parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ adattament tagħha għall-atturi internazzjonali l-ġodda li jaqsmu magħha l-istess prinċipji, bħall-UE;

H.billi l-KSNU huwa organu ferm importanti għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali u, fid-dawl tal-gravità u tal-kumplessità tal-isfidi attwali, għandu jiżvolġi rwol aktar effikaċi u deċiżiv;

I.billi r-riforma tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti hija neċessarja biex jiġi żgurat li tkun adatta għall-iskop; billi l-Inizjattiva UN80 hija inizjattiva pożittiva; billi n-Nazzjonijiet Uniti ma jistgħux ikunu mistennija jagħmlu aktar b’anqas riżorsi għad-dispożizzjoni;

J.billi d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet li jheddu s-sovranità u l-integrità territorjali tar-Renju tad-Danimarka u ta’ Greenland u l-awtodeterminazzjoni tal-popolazzjoni ta’ Greenland jirrappreżentaw ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali, fosthom ir-rispett tas-sovranità, tal-integrità territorjali u tal-awtodeterminazzjoni, u jikkontribwixxu għan-normalizzazzjoni tad-diplomazija koerċittiva;

K.billi r-riżoluzzjoni 2803 tal-KSNU laqgħet il-ħolqien ta’ Bord ta’ Paċi bħala amministrazzjoni ta’ tranżizzjoni b’personalità ġuridika internazzjonali li tistabbilixxi l-qafas u tikkoordina l-finanzjamenti u l-iżvilupp mill-ġdid ta’ Gaża skont Pjan Komprensiv u, b’mod konsistenti mal-prinċipji ġuridiċi internazzjonali rilevanti, għal perkors kredibbli lejn soluzzjoni ta’ żewġ Stati; billi l-President tal-Kunsill Ewropew Costa, fost oħrajn, esprima dubji serji dwar għadd ta’ elementi tal-karta tal-Bord ta’ Paċi relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni, mal-governanza u mal-kompatibbiltà tiegħu mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; billi l-Parlament jesprimi solidarjetà mal-vittmi tal-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent;

L.billi f’Awwissu 2025 l-amministrazzjoni Trump impediet lill-President Palestinjan Mahmoud Abbas u lil 80 uffiċjal Palestinjan milli jattendu għal-laqgħa tal-mexxejja dinjin fl-okkażjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) fi New York; billi l-prinċipji ta’ inklużività u universalità li jirfdu s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti jridu jiġu difiżi f’kull mument;

M.billi l-UE żżomm l-impenn tagħha favur id-dritt internazzjonali u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u r-regoli u l-prinċipji tagħha, fosthom dawk ta’ sovranità, integrità territorjali u awtodeterminazzjoni, kif ukoll tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u ssostni bil-qawwa sistema multilaterali bbażata fuq id-dritt internazzjonali, iċċentrata fuq in-Nazzjonijiet Uniti;

N.billi l-UE, bħala attur globali, għandha tiżvolġi rwol aktar b’saħħtu fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti; billi l-UE qiegħda żżid progressivament il-kapaċitajiet ta’ sigurtà u ta’ difiża tagħha, bil-għan li terfa’ aktar responsabbiltajiet fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tal-ġestjoni tal-kriżijiet, tad-difiża u tal-konsolidazzjoni tal-paċi;

O.billi jidher essenzjali li l-UE tintensifika l-kooperazzjoni tagħha mas-sħab kollha, inklużi n-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha, biex tmexxi ’l quddiem b’mod konġunt il-proċess ta’ riforma interna tan-Nazzjonijiet Uniti u b’hekk tiżgura li n-Nazzjonijiet Uniti jibqgħu effikaċi, effiċjenti f’termini ta’ kostijiet u kapaċi jindirizzaw l-isfidi globali dejjem akbar ta’ żminijietna;

P.billi l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) tal-Parlament huwa kompetenti, fost affarijiet oħra, għar-relazzjonijiet man-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenzi tiegħu, kif ukoll għall-promozzjoni, għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, anki permezz ta’ skambji mas-sħab internazzjonali u tad-diplomazija parlamentari; billi s-sessjoni annwali tal-AĠNU hija forum multilaterali fundamentali għall-promozzjoni tal-prijoritajiet tal-politika estera tal-UE u għas-sorveljanza parlamentari; billi, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, missjonijiet regolari tal-Kumitat AFET fis-sessjonijiet tal-AĠNU jkunu jappoġġjaw dan il-mandat, u b’hekk jippermettu lill-Parlament jiddjaloga mal-kontropartijiet, isaħħaħ ir-rwol tiegħu fl-affarijiet multilaterali u jsostni l-impenn tal-UE favur azzjoni esterna effikaċi u koerenti;

1.Jirrakkomanda li l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà:

Ħarsien u tisħiħ tal-multilateraliżmu

(a)ikomplu jappoġġjaw multilateraliżmu effikaċi li fih il-liġijiet u n-normi jkunu aktar b’saħħithom mill-kunflitt, iċċentrat fuq in-Nazzjonijiet Uniti, ikkomplementat bir-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiżi terzi, biex jagħtu prijorità lill-effikaċja, jippromwovu u jiddefendu d-dritt internazzjonali u jsostnu r-regoli u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, fosthom is-sovranità, l-integrità territorjali (inklużi ż-żoni marittimi kif definiti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar), l-astensjoni mill-użu tal-forza, l-indipendenza politika, l-awtodeterminazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u jopponu d-diplomazija koerċittiva u t-tentattivi ta’ kwalunkwe Stat biex jikkomprometti jew jimmina l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;

(b)jibqgħu jiddefendu b’mod sod ir-rispett, il-protezzjoni u r-realizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem universali, tad-demokrazija, tad-dinjità tal-bniedem, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tal-proċessi elettorali inklużivi, kredibbli u trasparenti, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2025 dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem; isostnu b’mod sod il-prinċipju skont liema d-drittijiet tal-bniedem kollha huma universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati, kemm jekk ċivili, kulturali, ekonomiċi, politiċi jew soċjali;

(c)itennu r-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet multilaterali bħala pjattaformi indispensabbli għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għall-governanza globali, kif ukoll bħala atturi kapaċi jirrispondu għall-isfidi globali l-kbar bħal, fost oħrajn, it-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tal-flussi migratorji, in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva, il-pandemiji, it-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga, u, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab tal-istess fehma tal-UE, jagħtu bidu għal inizjattivi multilaterali, ankrati b’mod sod ma’ regoli globali, li jgħinu jiżguraw is-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa;

(d)jenfasizzaw li sistema multilaterali stabbli, affidabbli u ekwa u fora multilaterali bħan-Nazzjonijiet Uniti, huma essenzjali biex jiġu garantiti l-paċi u s-sigurtà fil-kuntest tat-tensjonijiet ġeopolitiċi intensifikati u ta’ żoni ta’ polikriżi umanitarja fid-dinja kollha u jridu jagħmlu parti mill-arkitettura tas-sigurtà tal-UE;

(e)josservaw bi tħassib it-tentattivi min-naħa ta’ atturi differenti biex jimminaw il-leġittimità, l-awtorità u l-universalità tan-Nazzjonijiet Uniti, idgħajfu l-istrutturi tal-governanza tal-paċi u jippolitiċizzaw il-funzjonament tal-organi tan-Nazzjonijiet Uniti;

(f)jirrikonoxxu l-impatt negattiv tal-pagament tard jew tan-nuqqas ta’ pagament min-naħa tal-kontributuri ewlenin; jisħqu fuq l-importanza ta’ involviment qawwi tal-Istati Uniti fil-garanzija tas-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li jiġġieldu kwalunkwe tentattiv immirat li jdgħajjef il-kooperazzjoni multilaterali f’mument meta hemm l-aktar bżonnu u li jostakola r-realizzazzjoni tal-mandat tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari fil-qasam umanitarju; jenfasizzaw il-bżonn li jitrażżnu l-isforzi tal-atturi awtoritarji u reviżjonisti mmirati biex jisfruttaw kwalunkwe rtirar jew diżimpenn min-naħa tal-potenzi tal-Punent mill-organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g)jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw li d-defiċit baġitarju għall-2025 ikun jista’ jimtela kemm jista’ jkun malajr biex jiġi evitat il-kollass finanzjarju, u jiżguraw il-kontinwità tal-programmi fil-livell dinji, l-operazzjonijiet effikaċi tas-sede ċentrali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-iżvolġiment tal-81 sessjoni tal-AĠNU;

(h)jisħqu fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ u tal-implimentazzjoni totali tal-impenji internazzjonali rilevanti, inklużi l-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, l-aġenda għaż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà u l-aġenda dwar in-Nisa; jappoġġjaw b’mod attiv l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki u fil-programmi kollha tan-Nazzjonijiet Uniti, billi jiżguraw il-parteċipazzjoni ndaqs tan-nisa u taż-żgħażagħ fit-tmexxija u fil-proċessi deċiżjonali, anki permezz ta’ mekkaniżmi strutturati ta’ konsulenza għaż-żgħażagħ, riżorsi adegwati u l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet bi qbil mal-istandards internazzjonali; jirrikonoxxu li n-nisa u l-bniet jintlaqtu b’mod sproporzjonat mill-kunflitti armati, iżda huma wkoll aġenti potenti tal-bidla fil-prevenzjoni tal-kunflitti, fil-medjazzjoni, fil-konsolidazzjoni tal-paċi u fl-irkupru ta’ wara l-kunflitti; jitolbu l-parteċipazzjoni sħiħa, indaqs,u sinifikattiva tan-nisa fil-proċessi ta’ paċi u f’dawk deċiżjonali, kif ukoll riżorsi u obbligu ta’ rendikont adegwati għall-implimentazzjoni tal-impenji fil-qasam tal-Aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà fl-operazzjonijiet ta’ paċi u fl-isforzi ta’ medjazzjoni kollha tan-Nazzjonijiet Uniti;

(i)jisħqu fuq l-importanza strateġika tas-selezzjoni imminenti tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jmiss; jaġixxu b’mod koordinat u trasparenti biex jappoġġjaw proċess ta’ selezzjoni miftuħ, inklużiv u meritokratiku, bil-għan li tiġi żgurata ħatra ta’ kandidat bi kredenzjali ta’ tmexxija murija bil-provi li jkun indipendenti u impenjat fil-konfront tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, tad-dritt internazzjonali u ta’ multilateraliżmu effikaċi, kapaċi jiggwida r-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti, isaħħaħ il-prevenzjoni tal-kunflitti u jirrispondi b’mod deċiżiv għall-isfidi attwali u emerġenti fil-qasam tas-sigurtà globali; jikkunsidraw b’mod debitu l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri meta l-kandidati jkunu kkwalifikati b’mod indaqs, anki bil-ħsieb li tinħatar Segretarju Ġenerali mara;

Riforma tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti

(j)jappoġġjaw riformi ambizzjużi tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u jikkollaboraw mal-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, mas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex timxi ’l quddiem l-aġenda ta’ riforma UN80 u jiżguraw li n-Nazzjonijiet Uniti jkunu kapaċi jwettqu b’mod effikaċi t-tliet pilastri – paċi u sigurtà, żvilupp sostenibbli u drittijiet tal-bniedem – u jkunu aktar effikaċi, effiċjenti, imparzjali, trasparenti, finanzjarjament sostenibbli u reattivi, kapaċi jindirizzaw l-isfidi globali attwali u emerġenti;

(k)jieħdu nota tal-passi li jmiss tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Inizjattiva UN80, u jimpenjaw ruħhom f’dan is-sens, biex jiżguraw li ma ssirx sempliċement eżerċizzju ta’ riallokazzjoni tal-baġit li jipperikola l-funzjonament tajjeb tagħha f’setturi kruċjali bħad-drittijiet tal-bniedem; jipparteċipaw b’mod attiv fi kwalunkwe diskussjoni rigward ir-riforma tas-sistema tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u tar-ritorni lejn il-baġit tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġi żgurat ġbir aktar f’waqtu u allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, bil-għan li jittaffa t-tħassib dwar jekk il-kontribuzzjonijiet lin-Nazzjonijiet Uniti humiex jintefqu tajjeb;

(l)jisħqu li meta atturi globali oħra, b’mod partikolari l-alleati tradizzjonali tagħna, inaqqsu l-impenn tagħhom, l-UE jeħtiġilha terfa’ aktar responsabbiltà biex tappoġġja, tiffinanzja u ssaħħaħ l-istituzzjonijiet multilaterali, inklużi n-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari billi jiġi riformat il-Kunsill tas-Sigurtà biex jirrifletti aħjar id-dinja tal-lum u jinżamm u jiżdied l-appoġġ ta’ bażi għan-Nazzjonijiet Uniti għall-aġenziji tagħhom; jimpenjaw ruħhom, f’dan ir-rigward, ma’ pajjiżi terzi bħaċ-Ċina u l-Istati Uniti biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet volontarji tagħhom lis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti jkunu proporzjonati mal-iżvilupp ekonomiku tagħhom u mar-rwol prominenti tagħhom bħala membri tal-KSNU; ifakkar fir-rwol fundamentali li żvolġew l-Istati Uniti fil-kostruzzjoni tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti; jesprimu tħassib rigward il-bidla fl-atteġġjament tal-alleat tagħna fil-konfront tan-Nazzjonijiet Uniti u tas-sistema multilaterali usa’;

(m)itennu l-impenn tagħhom favur il-Patt għall-Futur bħala pass importanti biex jingħata nifs ġdid lin-Nazzjonijiet Uniti, jinkisbu l-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u jinżammu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

(n)jisħqu li l-leġittimità u s-sostenibbiltà tal-ordni internazzjonali jiddependu minn riforma komprensiva tal-KSNU biex isir aktar effikaċi, inklużiv, trasparenti, demokratiku u responsabbli, u jiġi żgurat li jirrifletti aħjar ir-realtajiet globali tal-lum u jistabbilixxi kundizzjonijiet biex jiġi limitat b’mod rigoruż l-użu tal-veto meta jimblokka azzjoni essenzjali tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari f’każijiet ta’ delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, bl-objettiv li jiġi revokat għalkollox fil-futur; jenfasizzaw li r-Russja tilfet il-leġittimità morali tagħha bħala membru permanenti tal-KSNU inkwantu kisret b’mod flagranti l-prinċipji fundamentali tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari billi bdiet gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna u mblukkat, permezz tal-veto tagħha, deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-azzjonijiet illegali tagħha stess;

(o)jaħdmu biex jiksbu siġġu permanenti għall-UE fi ħdan il-KSNU, barra mis-siġġu li diġà tokkupa Franza, fil-kuntest ta’ riforma konsenswali ta’ dak l-organu; jaħdmu biex jiksbu siġġu permanenti għall-UE f’kull forum multilaterali biex jiġi kkonsolidat ir-rwol tal-UE bħala interlokutur mal-pajjiżi terzi;

(p)ifaħħru r-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-aġenziji tagħhom, b’mod partikolari fiż-żoni ta’ kunflitt; jirduppjaw l-appoġġ favur il-multilateraliżmu billi jżidu l-appoġġ politiku u finanzjarju lill-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-aġenziji tagħhom, filwaqt li jenfasizzaw il-bżonn li jiġu indirizzati l-frammentazzjoni, id-duplikazzjoni u d-diżallinjament, fuq livell interorganizzativ u intraorganizzattiv, tal-mandati u tal-finanzjamenti fl-istrutturi u fl-organi kollha tan-Nazzjonijiet Uniti; jiżguraw li l-QFP li jmiss joffri finanzjamenti ddedikati, suffiċjenti u prevedibbli lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-aġenziji tagħhom;

(q)jippromwovi l-fehma li post ir-Russja bħala membru permanenti tal-KSNU huwa diskutibbli mil-lat ġuridiku, inkwantu l-Artikolu 23 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti jsemmi lill-Unjoni Sovjetika, u mhux lir-Russja, bħala membru permanenti; jenfasizzaw li l-qsim tal-Unjoni Sovjetika sar permezz tad-dissoluzzjoni tal-Istat fi 15-il repubblika indipendenti, li minnhom ir-Russja kienet biss waħda, u li ma kienet ittieħdet l-ebda deċiżjoni formali biex ir-Russja tiret is-siġġu tal-predeċessur tagħha; jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li kull waħda mir-repubbliki sovjetiċi l-oħra kienet applikat separatament għall-adeżjoni man-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li r-Russja qabżet din il-proċedura u ħadet is-siġġu tal-Unjoni Sovjetika permezz ta’ dikjarazzjoni unilaterali; jenfasizzaw li l-istatus tar-Russja bħala membru permanenti tal-KSNU huwa bbażat fuq l-aċċettazzjoni taċita u l-prassi politika, mhux fuq deċiżjoni ġuridika ċara;

(r)jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jikkoordinaw u jissinkronizzaw l-azzjonijiet tagħhom fi ħdan l-organi u l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u jaħdmu favur riforma tas-sistema tar-rapporteurs speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti; itenni l-importanza li l-pajjiżi kollha jimpenjaw ruħhom mill-ġdid biex jagħtu aċċess sħiħ lir-rapporteurs speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti; jadottaw proċeduri biex jindirizzaw b’mod effikaċi kwalunkwe preġudizzju, ineffiċjenza, ostaklu jew limitazzjoni potenzjali li jaf jikkompromettu lill-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, anki fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-finanzjamenti tal-UE, billi jiġu żgurati l-verifika u s-superviżjoni adegwati tal-membri tal-persunal;

(s)ikomplu jsaħħu l-kooperazzjoni mas-sħab, b’mod partikolari mal-pajjiżi tal-istess fehma u ma’ dawk disposti jirrispettaw u jsaħħu s-sistema multilaterali kif ukoll jikkontribwixxu għaliha, bil-għan li jibnu kunsens u jippromwovu ordni multilaterali effikaċi; jisħqu li tali kooperazzjoni trid tissejjes fuq ir-rispett tal-multilateraliżmu, tad-dritt internazzjonali, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-proċess deċiżjonali kondiviż fi ħdan l-istituzzjonijiet internazzjonali, filwaqt li jiżguraw li l-UE tiżviluppa l-kapaċità politika, finanzjarja u istituzzjonali biex taġixxi b’awtonomija meta s-sħab inaqqsu l-impenn tagħhom fl-oqfsa multilaterali jew meta jimminawhom jew jistrumentalizzawhom; jisħqu li r-rispett tal-istituzzjonijiet multilaterali, tad-dritt internazzjonali u tal-ugwaljanza sovrana tal-Istati huwa indispensabbli għall-paċi, għas-sigurtà u għall-iżvilupp sostenibbli globali;

(t)jimpenjaw ruħhom b’urġenza, bħala UE, man-Nofsinhar Globali b’mod ġenwin u strutturat bħala sħab indaqs fil-governanza globali, anki permezz ta’ aktar rappreżentanza fl-organi deċiżjonali, aċċess ġust għall-finanzjamenti u għat-teknoloġija u sjieda konġunta tal-inizjattivi internazzjonali f’oqsma bħall-iżvilupp, l-azzjoni dwar il-klima, il-governanza diġitali u l-konsolidazzjoni tal-paċi; jikkollaboraw mal-Istati Membri biex isaħħu l-impenn tal-UE f’dawn il-pajjiżi;

(u)jintensifikaw il-koordinament tagħhom mal-pajjiżi tal-Amerka Latina, li magħhom l-UE għandha ħafna rabtiet u taqsam viżjoni komuni tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u fuq il-multilateraliżmu, billi ż-żewġ reġjuni jirrappreżentaw flimkien terz tad-drittijiet ta’ vot fin-Nazzjonijiet Uniti;

(v)ifakkru fir-responsabbiltà tal-KSNU, b’mod partikolari tal-membri permanenti tiegħu, biex jiddefendi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali u jiżgura l-obbligu ta’ rendikont għall-ksur tad-dritt internazzjonali, filwaqt li jastjeni minn standards doppji u applikazzjoni selettiva tar-regoli internazzjonali; jeżaminaw modi kif jissaħħaħ ir-rwol tal-AĠNU f’dan il-qasam, permezz ta’ sistemi ta’ votazzjoni innovattivi u demokratiċi li bihom maġġoranza kwalifikata tal-AĠNU tista’ tegħleb imblokk bil-veto fil-KSNU bi qbil mad-duttrina “Unjoni għall-Paċi”;

(w)jappoġġjaw ir-“responsabbiltà ta’ protezzjoni” (R2P), norma emerġenti proposta mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar Theddid, Sfidi u Tibdil u mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Intervent u s-Sovranità Statali, u jirrakkomandaw li l-R2P tikkostitwixxi, fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, il-bażi għal azzjoni kollettiva maħsuba biex tipproteġi lill-popolazzjonijiet f’periklu gravi meta l-gvernijiet tagħhom ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jaġixxu;

Paċi u sigurtà

(x)itennu l-kundanna qawwija tagħhom tal-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-attakki tagħha fuq l-arkitettura globali tal-paċi u tas-sigurtà, inklużi l-istrumenti tal-KSNU; isostnu waqfien mill-ġlied totali biex tittaffa t-tbatija taċ-ċivili, u paċi komprensiva, ġusta u dejjiema għall-Ukrajna, inklużi garanziji ta’ sigurtà sodi, ibbażati fuq il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali, li jipprevjenu u jaġixxu minnufih kontra kwalunkwe aggressjoni mġedda, filwaqt li jiġi żgurat li min jikkommetti delitti tal-gwerra jkollu jagħti kont ta’ għemilu u li t-tfal Ukreni maħtufa, iċ-ċivili impriġunati u l-priġunieri tal-gwerra jmorru lura f’pajjiżhom; jappoġġjaw lin-Nazzjonijiet Uniti biex jiġu identifikati mekkaniżmi ġuridiċi għall-mobilizzazzjoni tal-assi Russi ffriżati għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna mingħajr ma jiġi impost piż finanzjarju fuq l-Istati Membri tal-UE; ifittxu l-kundanna ta’ attakki ċibernetiċi fuq entitajiet u individwi ta’ pajjiżi terzi mwettqa mir-Russja u l-alleati tagħha;

(y)jenfasizzaw li r-reġjun tal-Artiku huwa żona ta’ tensjoni ġeopolitika li qed tiżdied, imsawra mill-kompetizzjoni fuq ir-riżorsi naturali u l-preżenza militari li qed tikber; jesprimu tħassib serju dwar is-sigurtà u l-attivitajiet strateġiċi destabbilizzanti tar-Russja fir-reġjun; jissottolinjaw l-importanza li jiġu rispettati s-sovranità u l-integrità territorjali tar-Renju tad-Danimarka u ta’ Greenland u l-awtodeterminazzjoni tal-poplu ta’ Greenland, filwaqt li jinnotaw l-oppożizzjoni qawwija tal-poplu ta’ Greenland għal kwalunkwe tentattiv estern biex jinbidel dak l-istatus mingħajr ir-rieda u l-kunsens liberi tiegħu; jistiednu lill-UE u lis-sħab tagħha jappoġġjaw lid-Danimarka u lil Greenland fis-salvagwardja tal-istabbiltà tar-reġjun fid-dawl tal-pressjonijiet ġeopolitiċi esterni, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa dwar l-Artiku; jenfasizzaw il-ħtieġa għal fokus aktar b’saħħtu tal-UE u n-Nazzjonijiet Uniti fuq l-istabbiltà, id-djalogu kostruttiv u r-rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Affarijiet Artiċi;

(z)jippromwovu b’mod attiv involviment aktar b’saħħtu b’appoġġ għall-Georgia fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti filwaqt li jfakkru li madwar 20 % tat-territorju tagħha rikonoxxut internazzjonalment għadu taħt okkupazzjoni illegali Russa; jibnu fuq ir-riżoluzzjoni ta’ kunsens tal-2024 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) dwar il-kooperazzjoni mal-Georgia, li tappella għal aċċess immedjat u mingħajr xkiel għall-mekkaniżmi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem għar-reġjuni okkupati u tenfasizza l-ksur kontinwu, inkluż kontra l-Georgjani etniċi fl-Abkażja u r-reġjun ta’ Tskhinvali; jaħdmu mas-sħab tan-Nazzjonijiet Uniti biex isaħħu l-monitoraġġ u l-obbligu ta’ rendikont, jiddefendu s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia, jindirizzaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati u jappoġġjaw ir-ritorn sikur u dinjituż ta’ persuni spostati internament f’konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali u l-Karta tan-NU;

(aa)jesprimu tħassib serju dwar l-azzjonijiet militarji li għaddejjin fil-Lvant Nofsani, inkluż ir-rwol destabbilizzanti li jiżvolġi l-Iran u l-organizzazzjonijiet terroristi ta’ prokura tiegħu fir-reġjun; jissottolinjaw li l-attakki mill-Istati Uniti u l-Iżrael qed jitwettqu barra mis-sistema multilaterali, li hija bbażata fuq regoli; jesprimu solidarjetà sħiħa mal-poplu tal-Iran u jappoġġjawh, jikkundannaw bil-qawwa lir-reġim Iranjan għar-repressjoni vjolenti tal-protesti paċifiċi, il-qtil tal-massa, id-detenzjonijiet arbitrarji u l-eżekuzzjonijiet u jappellaw għall-istabbiliment ta’ missjoni indipendenti tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ ġbir ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni sħiħa magħha bil-ħsieb li tiġi żgurata r-responsabbiltà għall-ksur serju kollu tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali; jilqgħu l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2817 (2026) tal-KSNU, li tikkundanna bl-aktar mod qawwi u titlob il-waqfien immedjat tal-attakki tal-Iran kontra l-Bahrain, il-Kuwajt, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan u l-Iraq; jikkundannaw, ukoll, l-attakki tal-Iran kontra Iżrael; jintensifikaw l-isforzi diplomatiċi fil-fora multilaterali u jfittxu kooperazzjoni eqreb mas-sħab tal-UE fir-reġjun biex jiġu promossi t-tnaqqis tat-tensjonijiet, ir-rikostruzzjoni, djalogu sinifikanti u stabbiltà reġjonali sostenibbli f’konformità mad-dritt internazzjonali u l-prinċipji tan-NU; jikkunsidraw it-tisħiħ tal-istrutturi tal-istat Libaniż hekk kif huma kruċjali għall-istabbiltà;

(ab)jieħdu nota tar-Riżoluzzjoni 2803 tal-KSNU tas-17 ta’ Novembru 2025 dwar il-Pjan Komprensiv biex jintemm il-Kunflitt ta’ Gaża bħala pass lejn djalogu msaħħaħ u bini tal-fiduċja fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u perkors kredibbli lejn soluzzjoni ta’ żewġ stati; jissottolinjaw l-importanza li jiġu esplorati aktar sinerġiji u kooperazzjoni bejn kwalunkwe mekkaniżmu ġdid u strutturi internazzjonali eżistenti ta’ paċi u sigurtà skont il-Karta tan-NU; jaħdmu b’mod attiv mal-Istati Membri biex jinkiseb waqfien mill-ġlied permanenti li jiġi implimentat u rispettat b’mod effettiv kif ukoll it-twettiq sħiħ ta’ soluzzjoni ta’ żewġ stati; jikkundannaw il-ksur kollu tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi d-delitti tal-gwerra;

(ac)jikkundannaw l-azzjoni unilaterali minn Iżrael li ġġorr l-għan li tespandi l-preżenza tiegħu fix-Xatt tal-Punent, l-espansjoni tal-insedjamenti Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent, li l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) iddikjarat bħala illegali fl-opinjoni konsultattiva tagħha tad-19 ta’ Lulju 2024, il-vjolenza dejjem akbar minn abitanti estremisti tal-insedjamenti, u l-ispostament furzat tal-Palestinjani; iħeġġu lill-partijiet kollha jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali biex tinkiseb paċi ġusta, komprensiva u dejjiema bbażata fuq soluzzjoni ta’ żewġ stati; japprovaw fil-QFP li jmiss faċilità tal-UE għar-rikostruzzjoni ta’ Gaża, li tipprovdi appoġġ finanzjarju suffiċjenti u prevedibbli għar-rikostruzzjoni u l-governanza Palestinjana demokratika, u tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ soluzzjoni ta’ żewġ stati;

(ad)jaffermaw mill-ġdid ir-rwol tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) fl-għoti ta’ għajnuna umanitarja u servizzi essenzjali, inklużi s-saħħa u l-edukazzjoni, lir-refuġjati Palestinjani f’Gaża u fir-reġjun usa’, filwaqt li jinnotaw li bħalissa ma teżisti l-ebda alternattiva vijabbli biex tissostitwixxi l-funzjonijiet tagħha; ikomplu jimmonitorjaw il-ħidma u l-imparzjalità tal-UNRWA, filwaqt li jiżguraw garanziji ta’ sigurtà kredibbli u konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali, inkluż l-implimentazzjoni tar-Rapport ta’ Colonna; jilqgħu r-rapporti ta’ progress f’dan ir-rigward u jħeġġu l-adozzjoni sħiħa u rapida tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport dwar it-tisħiħ tas-salvagwardji tan-newtralità u s-sistemi ta’ kontroll intern fi ħdan l-UNWRA; jissorveljaw l-applikazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni ppreżentat mill-UNRWA; jitolbu li l-mandat u l-finanzjament tal-UNRWA jerġgħu jiddaħħlu kompletament b’sorveljanza u obbligu ta’ rendikont b’saħħithom; jisħqu li kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni mat-terroriżmu jew tolleranza tiegħu timmina b’mod fundamentali l-prinċipji umanitarji, l-istabbiltà reġjonali u l-prospetti għall-paċi;

(ae)jibnu fuq l-involviment kontinwu tal-Kummissjoni mal-awtoritajiet tal-edukazzjoni rilevanti, u jenfasizzaw l-importanza tal-promozzjoni ta’ kurrikuli edukattivi li jrawmu l-koeżistenza, it-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni, kif ukoll ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, f’konformità mal-istandards tal-UNESCO; jilqgħu l-impenn kontinwu tal-Kummissjoni mal-Awtorità Palestinjana dwar ir-riforma tal-kurrikulu u jirrikonoxxu l-progress tanġibbli rrapportat fl-2025, inklużi r-rieżami u l-emenda li għaddejjin tal-kotba tal-iskola mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Edukazzjoni Għolja Palestinjan biex jiġi żgurat l-allinjament mal-istandards tal-UNESCO; iħeġġeġ lill-Awtorità Palestinjana tneħħi l-materjal u l-kontenut edukattivi kollha li mhumiex aderenti mal-istandards tal-UNESCO, b’mod partikolari dawk li jinkoraġġixxu l-antisemitiżmu u jinċitaw il-vjolenza, li t-tfal Palestinjani ma għandhomx ikunu esposti għalihom;

(af)jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn sħiħ tal-UE li tirrispetta s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Istati Membri kollha tagħha, f’konformità mal-Karta tan-NU; jissottolinjaw li l-preżenza illegali kontinwa tat-truppi Torok fit-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru, Stat Membru tal-UE, tikkostitwixxi ksur tad-dritt internazzjonali u ksur tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u għalhekk jappellaw għall-irtirar immedjat u sħiħ tal-forzi ta’ okkupazzjoni Torok, id-dritt tar-rifuġjati kollha li jirritornaw lejn djarhom, u l-aċċertazzjoni tad-destin tal-persuni neqsin kollha; ikomplu jappoġġjaw il-bidu mill-ġdid malajr tat-taħditiet dwar ir-riżoluzzjoni ta’ Ċipru fil-qafas maqbul min-Nazzjonijiet Uniti abbażi ta’ federazzjoni biżonali u bikomunali b’ugwaljanza politika f’konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti u jwissu kontra kwalunkwe azzjoni unilaterali li tkun inkonsistenti ma’ riżoluzzjoni paċifika; jitolbu li jiġi rrispettat l-istatus taż-żona buffer u l-mandat tal-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-Żamma tal-Paċi f’Ċipru; jappoġġjaw il-ħidma tal-Mibgħut Personali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ċipru u l-Mibgħut Speċjali tal-UE għal Ċipru;

(ag)jenfasizzaw li t-tranżizzjoni politika u ta’ sigurtà fis-Sirja għadha fraġli u għadha kkaratterizzata minn nuqqas ta’ sigurtà, ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, spostament, u attakki kontra komunitajiet reliġjużi u etniċi; jappoġġjaw is-soċjetà diversa tas-Sirja, li sofriet għal aktar minn għaxar snin taħt ir-reġim ta’ Assad sostnut mill-Iran u mir-Russja u minn gruppi terroristiċi; jappoġġjaw proċess politiku inklużiv immexxi mis-Sirjani u li jkun tas-Sirjani stess, li jissalvagwardja l-integrità territorjali u r-rikonċiljazzjoni; jistiednu lill-awtoritajiet Sirjani jinkludu l-komponenti kollha tas-soċjetà Sirjana fit-teħid tad-deċiżjonijiet u jiżguraw investigazzjonijiet rapidi, trasparenti u indipendenti dwar atti mmirati lejn minoranzi reliġjużi u etniċi biex jiġġieldu l-vjolenza settarja u l-impunità; jissottolinjaw il-ħtieġa għal impenn koordinat mill-UE u n-Nazzjonijiet Uniti biex jappoġġjaw dan il-proċess, inkluż il-ftehim ta’ integrazzjoni tad-29 ta’ Jannar 2026 bejn il-gvern tranżizzjonali Sirjan u l-amministrazzjoni mmexxija mill-Kurdi;

(ah)iżommu pożizzjoni soda kontra l-awtoritajiet de facto fl-Afganistan u s-sitwazzjoni umanitarja li qed tiddeterjora; iħaddnu u jsaħħu s-sostenn tal-UE lejn il-poplu Afgan, speċjalment in-nisa u l-bniet li d-drittijiet tagħhom jinkisru b’mod persistenti mit-Taliban; jistiednu lit-Talibani jabolixxu r-restrizzjonijiet li jillimitaw l-aċċess ugwali tan-nisa u l-bniet għall-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika; jinsistu li jinżamm impenn strettament kundizzjonali mal-awtoritajiet de facto, f’konformità mal-punti ta’ riferiment stabbiliti mill-UE u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU; iżommu lill-awtoritajiet de facto fl-Afganistan responsabbli permezz ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u l-Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Indipendenti tan-NU;

(ai)jimpenjaw ruħhom b’mod attiv fi sforzi diplomatiċi biex jipprevjenu eskalazzjoni ulterjuri fl-Istrett tat-Tajwan u fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u jopponu kwalunkwe bidla unilaterali fl-istatus quo permezz ta’ koerċizzjoni jew bil-forza; jaħdmu ma’ sħab tal-istess fehma biex tissaħħaħ l-istabbiltà u s-sigurtà fir-reġjun u tissaħħaħ id-deterrenza kontra azzjonijiet koerċittivi jew militari; jibqgħu jiddefendu l-prinċipju tal-projbizzjoni tal-użu tal-forza kkodifikat fil-Karta tan-NU; jissottolinjaw li r-Riżoluzzjoni 2758 tan-Nazzjonijiet Uniti ma tiddeterminax is-sovranità tat-Tajwan, u lanqas ma ssemmi t-Tajwan, u ma tistax tintuża biex teskludi lit-Tajwan mis-sistema internazzjonali; iżidu l-appoġġ tal-UE għall-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet internazzjonali li s-sħubija jew l-attivitajiet tagħhom mhumiex limitati għal stati, inklużi dawk fejn l-istatus ta’ osservatur huwa possibbli, għall-benefiċċju tal-komunità internazzjonali; jistiednu lin-Nazzjonijiet Uniti jagħtu aċċess għall-avvenimenti tan-Nazzjonijiet Uniti lill-attivisti, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u lill-ġurnalisti li għandhom passaport Tajwaniż;

(aj)isaħħu r-rwol tal-Unjoni bħala sieħeb ta’ sigurtà tal-għażla għall-Afrika billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-UE, l-Unjoni Afrikana u n-Nazzjonijiet Uniti dwar il-prevenzjoni tal-konflitti, il-medjazzjoni u r-rispons għall-kriżijiet, inkluż permezz ta’ finanzjament prevedibbli u sostenibbli għal operazzjonijiet ta’ paċi mmexxija mill-Afrika, b’mod partikolari permezz tal-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà u, fejn xieraq, kontributi vvalutati min-NU; jindirizzaw kriżijiet ta’ sigurtà u umanitarji akuti u interkonnessi fis-Saħel, fil-Qarn tal-Afrika, fis-Sudan u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), inkluż it-tixrid tat-terroriżmu ġiħadista, l-estremiżmu vjolenti, il-kolpi ta’ stat militari u l-fraġilità tal-istati; jiddenunzjaw b’mod espliċitu l-vjolenza u l-insigurtà kontinwi fil-Lvant tar-RDK, jaqdu rwol attiv u kkoordinat fil-proċess ta’ paċi u jappellaw għal sforzi internazzjonali mġedda biex tiġi promossa l-ġustizzja, tiġi miġġielda l-impunità u jiġi żgurat segwitu sħiħ tar-rapport ta’ mmappjar tan-Nazzjonijiet Uniti inklużi s-sanzjonijiet; jappellaw biex ir-reġim tal-embargo fuq l-armi li bħalissa japplika għal Darfur jiġi estiż għall-bqija tas-Sudan, bil-ħsieb li jinkiseb waqfien mill-ġlied dejjiemi fis-Sudan; jirrispondu għall-vakwi tas-sigurtà aggravati mill-irtirar ta’ missjonijiet internazzjonali u l-preżenza dejjem tikber ta’ atturi esterni destabbilizzanti, inklużi n-networks merċenarji Russi u l-interferenza ibrida; jiżguraw li l-impenn kollu tal-UE għas-sigurtà jkun ankrat fis-sjieda lokali, ir-responsabbiltà demokratika, l-inklużjoni tal-ġeneru u r-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi, f’konformità mal-oqfsa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-konsolidazzjoni tal-paċi u n-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà;

(ak)ikomplu jikkollaboraw man-Nazzjonijiet Uniti biex jindirizzaw l-isfidi globali tas-sigurtà permezz tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tal-medjazzjoni, tal-konsolidament tal-paċi, tal-ġestjoni tal-kriżijiet, u l-azzjonijiet kontra t-terroriżmu, f’konformità mas-Sħubija Strateġika UE-NU għall-Paċi u s-Sigurtà; jirrikonoxxu r-rwol fundamentali tal-operazzjonijiet ta’ paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u jisfruttaw ir-rieżami rigward il-futur ta’ dawn l-operazzjonijiet biex jiġi żgurat li jkunu adattati għax-xenarju tas-sigurtà tal-lum; jappellaw għall-ħolqien tal-istrumenti legali meħtieġa li jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni u l-applikabbiltà tal-prinċipju ta’ awtodifiża sabiex jiġi indirizzat b’mod adegwat it-theddid li jirriżulta minn atturi mhux statali f’era ta’ gwerra asimmetrika u miżuri ibridi li qed jikbru; jenfasizzaw l-interrelazzjoni bejn l-appoġġ għad-demokrazija u s-sigurtà fl-arena internazzjonali; iżidu l-appoġġ għall-promozzjoni tad-demokrazija f’konformità mal-obbligi tat-Trattat, inkluża l-osservazzjoni elettorali;

(al)itennu r-rwol kruċjali li għandhom in-nisa fil-medjazzjoni tal-konflitti u l-missjonijiet għaż-żamma tal-paċi; ifakkru fis-sottorappreżentanza tagħhom fil-livelli kollha fi ħdan il-missjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-UE, u l-importanza kruċjali tal-protezzjoni tan-nisa u l-bniet f'sitwazzjonijiet ta' konflitt u ta' wara konflitt; jisħaq fuq l-importanza fundamentali li jiġi żgurat aċċess sħiħ għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR) għan-nisa u l-bniet f’kuntesti ta’ kunflitt u ta’ wara kunflitt;

(am)jirrikonoxxu r-riskji gravi li jinħolqu minn tellieqa tal-armi ġdida u minn sforzi ta’ diżarm aktar dgħajfa, fil-biċċa l-kbira ddeterminati mit-tisħiħ tal-kapaċitajiet nukleari tar-Russja, taċ-Ċina u tal-Korea ta’ Fuq wara s-sospensjoni ta’ konformità unilaterali tar-Russja mat-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi (START) ġdid fl-2023; jistiednu lill-istati kollha li għandhom armi nukleari jwaqqfu l-espansjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-ħażniet nukleari tagħhom u jinvolvu ruħhom fi proċessi ta’ tnaqqis tar-riskju, trasparenza u kontroll tal-armi; ikomplu jħarsu u jsaħħu l-oqfsa multilaterali li jirregolaw in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi, kif ukoll dawk li jirregolaw l-esportazzjoni tal-armi u l-oġġetti u t-teknoloġiji b’użu doppju; jippromwovu u jsaħħu l-istrumenti multilaterali kontra l-produzzjoni, l-akkumulu u l-użu tal-armi kimiċi u bijoloġiċi;

(an)iżidu l-isforzi biex itemmu l-impunità u jiżguraw ir-responsabbiltà għall-ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż billi jappoġġjaw l-adozzjoni rapida tal-konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ikkastigar ta’ delitti kontra l-umanità, isaħħu l-investigazzjonijiet indipendenti dwar delitti internazzjonali, u jappoġġjaw bis-sħiħ lill-QKI u lill-QIĠ bħala istituzzjonijiet ġudizzjarji essenzjali, indipendenti u imparzjali, inkluż billi jirrispettaw l-Istatut ta’ Ruma u jirrikonoxxu n-natura vinkolanti tad-digrieti u s-sentenzi tal-QIĠ; jiddeploraw it-theddid bla preċedent, fost l-oħrajn mill-Istati Uniti, li qed tiffaċċja l-QKI, u jappellaw għall-attivazzjoni, l-applikazzjoni effettiva u t-tisħiħ tal-Istatut ta’ Mblukkar tal-UE biex jiġu protetti l-indipendenza u l-funzjonament tal-korpi ġudizzjarji internazzjonali, b’mod partikolari l-QKI u l-QIĠ u l-korpi li jikkooperaw ma’ dawn il-qrati u jappoġġjawhom;

(ao)jappellaw għal reviżjoni komprensiva tar-reġimi ta’ sanzjonijiet internazzjonali biex jiġu żgurati effettività, koerenza u responsabbiltà akbar, filwaqt li tiġi evitata l-politiċizzazzjoni tagħhom u jiġi minimizzat l-impatt potenzjalment negattiv tagħhom fuq il-popolazzjonijiet ċivili, f’konformità mad-dritt internazzjonali;

(ap)jikkundannaw l-attakki, it-theddid u l-atti ta’ vjolenza kollha kontra l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti il-forzi taż-żamma tal-paċi, u l-faċilitajiet tan-Nazzjonijiet Uniti u jappellaw lill-partijiet kollha f’kunflitt biex jirrispettaw is-sikurezza, is-sigurtà u n-newtralità tal-persunal u l-infrastruttura tan-Nazzjonijiet Uniti f’konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza tal-Persunal tan-Nazzjonijiet Uniti u dak Assoċjat;

Żvilupp sostenibbli u drittijiet tal-bniedem

(aq)ikomplu jintegraw approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jirrikonoxxu li r-realizzazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem hija pedament tal-Aġenda 2030; jenfasizzaw ir-rwol ta’ gwida tal-UE bħala l-akbar fornitur ta’ għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp fid-dinja; japprofondixxu l-kooperazzjoni multilaterali biex issaħħaħ it-tħejjija u tibni r-reżiljenza kontra l-kriżijiet u l-isfidi li jheddu l-progress fl-SDGs; jenfasizzaw li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-assistenza bilaterali tal-UE jridu jkunu kundizzjonali fuq ir-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-valuri minquxa fit-Trattati tal-UE;

(ar)jisfruttaw aktar l-istrateġija Global Gateway bħala alternattiva sostenibbli, trasparenti, demokratika u bbażata fuq il-valuri għall-inizjattivi infrastrutturali li jikkompetu, partikolarment dawk tar-Russja u taċ-Ċina, bħala strument strateġiku li jsaħħaħ il-preżenza, il-viżibbiltà u r-reżiljenza ġeopolitika tal-Unjoni mad-dinja kollha, u bħala inizjattiva li tikkontribwixxi għat-twassil tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli billi tippromwovi t-tkabbir reċiproku, l-attività ekonomika u l-ħolqien tal-impjiegi f’pajjiżi sħab, filwaqt li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika, il-pożizzjoni ġeopolitika u l-kredibbiltà globali tal-UE; itejbu, madankollu, il-monitoraġġ tal-konformità u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti ffinanzjati permezz tal-istrateġija Global Gateway;

(as)jilqgħu l-eżiti tas-summits reċenti tan-Nazzjonijiet Uniti li jappellaw għat-tisħiħ u l-immodernizzar tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, inklużi l-FMI u l-Bank Dinji; jitolbu li l-arkitettura finanzjarja internazzjonali ssir aktar effettiva u inklużiva, li jiżdied il-finanzjament konċessjonali u għall-iżvilupp, li jiġi indirizzat id-dejn mhux sostenibbli permezz ta’ mekkaniżmi mtejba ta’ serħan mid-dejn u ta’ ristrutturar, u li l-flussi finanzjarji jiġu allinjati mal-SDGs u mal-impenji klimatiċi;

(at)iwissu kontra l-użu ta’ ingranaġġ finanzjarju, miżuri ekstraterritorjali u koerċizzjoni ekonomika bħala għodod tal-politika barranija, li jimminaw il-fiduċja fis-sistema finanzjarja internazzjonali u jikkontribwixxu għall-instabbiltà u l-inugwaljanza globali;

(au)itennu mill-ġdid u jiddikjaraw b’mod inekwivokabbli li d-drittijiet tal-bniedem kollha, speċjalment dawk minquxa fil-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jridu jiġu rispettati bis-sħiħ; jistiednu lin-Nazzjonijiet Uniti jikkundannaw it-tendenzi globali li jippreġudikaw dawn id-drittijiet, inklużi ż-żieda tal-marġinalizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u t-tiċkin tal-ispazju għas-soċjetà ċivili, inkluż fid-demokraziji li ilhom jeżistu żmien;

(av)jippromwovu trasformazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem u bbażata fuq id-drittijiet billi jappoġġjaw futur diġitali inklużiv, miftuħ, u sikur u jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-Patt Diġitali Globali;

(aw)ikomplu jippromwovu d-drittijiet tan-nisa kif minquxa fid-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing tan-Nazzjonijiet Uniti; jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fl-UE u madwar id-dinja; jagħtu attenzjoni partikolari lill-komunitajiet vulnerabbli u emarġinati fi stati fejn id-drittijiet tan-nisa qed jiġu mminati ripetutament mill-gvernijiet nazzjonali; iżidu l-finanzjament tal-UE għall-programm UN Women, il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni u programmi oħra tan-Nazzjonijiet Uniti li jaħdmu biex jippromwovu d-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha;

(ax)isegwu aktar djalogu konsistenti fil-fora tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni persistenti kontra l-komunità LGBTIQ+ u jiżguraw aċċess ugwali għall-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi; jappoġġjaw il-kampanja tan-NU Free & Equal billi jsaħħu s-sensibilizzazzjoni pubblika u jippromwovu protezzjonijiet legali aktar b’saħħithom, b’mod partikolari fi stati fejn il-prattiki diskriminatorji għadhom mifruxa;

(ay)jagħtu prijorità lill-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, imxerrda permezz tal-amplifikazzjoni algoritmika minn pjattaformi online kbar, tal-użu dejjem akbar tal-mudelli lingwistiċi kbar mingħajr salvagwardji adegwati fis-seħħ, tal-isfruttament tagħhom min-naħa ta’ atturi barranin malizzjużi, u tan-nuqqas tal-kumpaniji tat-teknoloġija kbira li jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-suġġett, u b’hekk jiġu kompromessi d-demokrazija u l-proċessi elettorali; jistieden lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) tadotta oqfsa aktar b’saħħithom biex tindirizza t-theddid ibridu, inklużi kampanji ta’ diżinformazzjoni u operazzjonijiet oħra ta’ influwenza mhux kinetika li jimminaw il-proċessi demokratiċi u l-koeżjoni soċjali globalment; jaħdmu favur l-implimentazzjoni ta’ qafas globali għall-protezzjoni tal-minorenni online, inklużi rekwiżiti għall-verifika tal-identità fuq il-pjattaformi tal-media soċjali bl-objettiv li jiġi żgurat li kull kont tal-utent jikkorrispondi għal persuna fiżika li tuża l-isem ġuridiku u l-identità tagħha filwaqt li jiġi żgurat li tali miżuri jiġu implimentati f’konformità sħiħa mal-istandards applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali; jipprovdu lid-diviżjonijiet tal-komunikazzjoni strateġika u tal-prospettiva tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna b’riżorsi suffiċjenti biex jiġġieldu b’mod effettiv il-kampanji u n-narrattivi ta’ diżinformazzjoni kontra l-UE użati strateġikament minn reġimi awtoritarji u illiberali li jfittxu li jimminaw kemm ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Amerka Latina, l-Afrika u l-Asja kif ukoll l-azzjoni esterna tal-UE f’fora multilaterali;

(az)jenfasizzaw l-importanza li jiġu żgurati ambjent sikur, indipendenza editorjali u appoġġ finanzjarju għall-media; jiġġieldu kontra t-theddid dejjem akbar kontra l-ġurnalisti madwar id-dinja, b’mod partikolari l-ġurnalisti nisa, li jiġu fil-mira ta’ attakki b’mod sproporzjonat; isaħħu l-kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) dwar il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sikurezza tal-Ġurnalisti u l-Kwistjoni tal-Impunità;

(ba)isaħħu l-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon, tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tat-twemmin, li huwa dritt universali tal-bniedem, u jappellaw għal miżuri aktar sodi biex jiġu protetti l-minoranzi reliġjużi u ta’ tip ieħor, fosthom il-komunitajiet Insara, Musulmani u Lhud; jikkundannaw bil-qawwa l-persekuzzjoni tal-komunitajiet reliġjużi kollha, b’mod partikolari l-Insara, li huma soġġetti għal persekuzzjoni mifruxa madwar id-dinja, u l-forom kollha ta’ vjolenza jew diskriminazzjoni kontra komunitajiet reliġjużi oħra; iħeġġu lill-Istati Membri kollha tan-NU jiggarantixxu libertà sħiħa ta’ reliġjon u qima għall-individwi kollha f’konformità mal-impenji internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem;

(bb)itennu l-ħtieġa li jiġi rivedut il-proċess għall-elezzjoni tal-UNHRC, b’mod partikolari biex pajjiżi li jiksru d-drittijiet tal-bniedem ma jitħallewx jippresjedu fil-Kunsill; jissottolinjaw l-obbligu tal-AĠNU li tikkunsidra l-impenn tal-kandidati li jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem meta jeleġġu membri tal-UNHRC; jistiednu lill-Istati Membri tal-UE jadottaw pożizzjoni koordinata fir-rigward tas-sħubija fl-UNHRC u jivvutaw kontra l-kandidati kollha tal-UNHRC li jonqsu milli jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem;

(bc)isaħħu l-impenn tal-UE li tippromwovi s-saħħa globali flimkien mas-sħab billi tappoġġja kampanji ta’ tilqim, timplimenta l-Ftehim dwar il-Pandemiji, tindirizza l-mard li ma jitteħidx, u ssaħħaħ il-mekkaniżmi multilaterali għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji;

(bd)isaħħu l-promozzjoni tal-libertà artistika, u l-protezzjoni tal-wirt kulturali u d-drittijiet kulturali billi jappoġġjaw il-ħidma tal-UNESCO u jimxu lejn l-istabbiliment ta’ rapporteur permanenti tal-UE jew interlokutur permanenti tal-UE għall-UNESCO;

°

° °

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u, għall-informazzjoni, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Nota spjegattiva

Fid-dawl tal-instabbiltà globali dejjem tikber, tal-bosta kunflitti u kriżijiet kif ukoll tat-theddid dejjem jikber għas-sistema multilaterali, huwa ta’ importanza kritika li jiġi sostnut u msaħħaħ l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u li jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti tal-organizzazzjonijiet intergovernattivi. Ir-rapport jissottolinja l-bżonn li jingħata appoġġ lill-ordni multilaterali effikaċi bbażat fuq ir-regoli ċċentrat fuq in-Nazzjonijiet Uniti, li jiġi promoss u difiż id-dritt internazzjonali, u li jiġu rispettati r-regoli u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li ssir ħidma favur Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti aktar effikaċi, effiċjenti, trasparenti, finanzjarjament sostenibbli u reattiva, kapaċi tindirizza l-isfidi globali attwali u emerġenti.

Ir-rapport ifakkar fl-impenn tal-UE favur id-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni multilaterali, filwaqt li jenfasizza r-rwol ta’ gwida tal-UE fl-għajnuna għall-iżvilupp, l-appoġġ tagħha lill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, u l-bżonn li d-diżinformazzjoni tiġi miġġielda biex jiġu protetti l-libertajiet fundamentali u tiġi rispettata l-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin. Jisħaq ukoll fuq l-importanza li jiġu modernizzati l-mandati u l-prattiki tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġu żgurati l-effikaċja, l-imparzjalità u l-kredibbiltà fis-sistema kollha.

Isostni l-isfruttament tal-kooperazzjoni multilaterali biex jiġu indirizzati aħjar l-isfidi attwali bħaż-żamma tal-paċi u tal-istabbiltà internazzjonali, il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, it-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fuq livell dinji.

Anness: dikjarazzjoni tal-kontribut

Ir-rapporteur jiddikjara, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu li fir-rapport tiegħu ma inkludiex kontribut mingħand rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru Obbligatorju ta’ Trasparenza, jew mingħand rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-missjonijiet diplomatiċi u l-ambaxxati tagħhom, li għandhom jiġu elenkati f’dan l-Anness f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura.

Informazzjoni dwar l-adozzjoni mill-kumitat responsabbli

Table from the text: Data tal-adozzjoni
Data tal-adozzjoni15.4.2026
Riżultat tal-votazzjoni finali+: –: 0:52 18 2
Table from the text: VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET MILL-KUMITAT RESPONSA
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET MILL-KUMITAT RESPONSABBLI52+
ECRGeadis d, Rihards Kols, Arkadiusz Mularczyk, Reinis Pozņaks, Ivaylo Valchev
PPEMika Aaltola, Wouter Beke, Ioan-Rareş Bogdan, Sebastião Bugalho, Loucas Fourlas, Michael Gahler, Christophe Gomart, Rasa Juknevičienė, Łukasz Kohut, Ondřej Kolář, Andrey Kovatchev, Reinhold Lopatka, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Liudas Mažylis, Vangelis Meimarakis, Francisco José Millán Mon, Paulius Saudargas, Michał Szczerba, Matej Tonin, Isabel Wiseler-Lima
RenewPetras Auštrevičius, Helmut Brandstätter, Christophe Grudler, Ilhan Kyuchyuk, Marjan Šarec, Marie-Agnes Strack-Zimmermann
S&DLucia Annunziata, Robert Biedroń, Tobias Cremer, Vasile Dîncu, Elio Di Rupo, Giorgio Gori, Evin Incir, Hana Jalloul Muro, Sven Mikser, Tonino Picula, Thijs Reuten, Nacho Sánchez Amor, Andreas Schieder, Marta Temido
Verts/ALESergey Lagodinsky, Hannah Neumann, Leoluca Orlando, Mounir Satouri, Tineke Strik, Thomas Waitz

18 · Against

ECR
Sebastian Tynkkynen
ESN
Tomasz Froelich, Alexander Sell
No group
Ľuboš Blaha, Grzegorz Braun, Kostas Papadakis
Patriots
Mieke Andriese, Jordan Bardella, Jaroslav Bžoch, António Tânger Corrêa, Hermann Tertsch, Pierre-Romain Thionnet, Harald Vilimsky
The Left
Marc Botenga, Danilo Della Valle, Giorgos Georgiou, Rima Hassan, Irene Montero

2 · Abstained

ECR
Jaak Madison
S&D
Costas Mavrides

Tifsira tas-simboli użati:

Connections

The dossier, the decisions on this text and its other versions.

Sources & citation

Where the facts on this page come from, and how to cite it.

Data source
Licensed CC BY 4.0.
Retrieved
23 November 2026

Cite as

European Parliament (2026). “REPORT on a European Parliament recommendation to the Council, the Commission and the Vice-President of the Commission / High Representative of the Union for Foreign Affairs and Security Policy on the 81st session of the United Nations General Assembly”. Text, 20 May 2026. docId A-10-2026-0103, reference A10-0103/2026, procId 2025-2167. EU Parl Watch Research. https://news.eu-parl.st-solutions.dev/texts/A-10-2026-0103 (retrieved 23 November 2026). Official source: The text on the European Parliament’s website, https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/A-10-2026-0103_EN.html. Data: EP Open Data API: document record, https://data.europarl.europa.eu/api/v2/documents/A-10-2026-0103 (CC BY 4.0).
BibTeX
@misc{epw-text-a-10-2026-0103,
  author = {{European Parliament}},
  title = {{REPORT on a European Parliament recommendation to the Council, the Commission and the Vice-President of the Commission / High Representative of the Union for Foreign Affairs and Security Policy on the 81st session of the United Nations General Assembly}},
  year = {2026},
  date = {2026-05-20},
  howpublished = {\url{https://news.eu-parl.st-solutions.dev/texts/A-10-2026-0103}},
  url = {https://news.eu-parl.st-solutions.dev/texts/A-10-2026-0103},
  urldate = {2026-11-23},
  publisher = {EU Parl Watch Research},
  note = {Text. docId A-10-2026-0103, reference A10-0103/2026, procId 2025-2167. Official source: https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/A-10-2026-0103\_EN.html. Data: EP Open Data API: document record (CC BY 4.0)}
}